|
+Artikolu 2 1. |
Artikolu 2 1.Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a)
“titoli” tfisser titoli trasferibbli kif definiti fil-punt 18 ta' l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar swieq ta' strumenti finanzjarji ( 1 ), bl-eċċezzjoni ta' strumenti tas-suq tal-flus, kif definiti fil-punt 19 ta' l-Artikolu 4(1) ta' dik id-Direttiva li jkollhom maturità ta' inqas minn 12-il xahar, u li għalihom tista' tkun applikabbli l-leġislazzjoni nazzjonali;
(b)
“titoli ta' debitu” tfisser bonds jew debiti f'forma oħra ta' titoli li jkunu trasferibbli, bl-eċċezzjoni ta' titoli li huma ekwivalenti għal ishma f'kumpanniji jew li, jekk jiġu konvertiti jew jekk id-drittijiet li jirriżultaw minnhom jiġu eżerċitati, jagħtu lok għal dritt għall-akkwist ta' ishma jew titoli ekwivalenti għal ishma;
(ċ)
“suq regolat” tfisser suq kif definit fil-punt 14 ta' l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE;
(d)
“emittent” tfisser persuna fiżika, jew entità ġuridika regolata bid-dritt privat jew pubbliku, inkluż Stat, li t-titoli tagħha huma ammessi għal kummerċ f’suq regolat. Fil-każ ta’ rċevuti ta’ depożiti ammessi għal kummerċ f’suq regolat, l-emittent ifisser l-emittent tat-titoli rappreżentati, kemm jekk dawk it-titoli jkunu ammessi għal kummerċ f’suq regolat kif ukoll jekk le;
(e)
“azzjonista” tfisser kull persuna fiżika jew entità ġuridika regolata bid-dritt privat jew pubbliku, li jkollha, direttament jew indirettament:
(i)
ishma ta' l-emittent f'isimha u fl-interess tagħha stess;
(ii)
ishma ta' l-emittent f'ismu, iżda fl-interessi ta' persuna fiżika jew entità ġuridika oħra;
(iii)
irċevuti ta' depożiti, f'liema każ id-detentur ta' irċevuta ta' depożiti għandu jitqies bħala l-azzjonista ta' l-ishma rappreżentati mill-irċevuti ta' depożiti.
(f)
“impriżakontrollata” tfisser kull impriża
(i)
li fiha persuna fiżika jew entità ġuridika jkollha l-maġġoranza tad-drittijiet tal-vot; jew
(ii)
li fiha persuna fiżika jew entità ġuridika jkollha d-dritt li taħtar jew tneħħi l-maġġoranza tal-membri tal-korp amministrattiv, ta' ġestjoni jew ta' sorveljanza u tkun fl-istess ħin azzjonista fi, jew membru ta', l-impriża in kwistjoni; jew
(iii)
li fiha persuna fiżika jew entità ġuridika tkun azzjonista jew membru u waħidha tkun tikkontrolla l-maġġoranza tad-drittijiet tal-vot ta' l-azzjonisti jew tal-membri, rispettivament, skond ftehim li jkun sar ma azzjonisti jew membri oħrajn ta' l-impriżaimpriża in kwistjoni; jew
(iv)
li fuqha persuna fiżika jew entità ġuridika jkollha d-dritt li teżerċita, jew fil-fatt teżerċita, influwenza dominanti jew kontroll;
(g)
“impriżaimpriża ta' investiment kollettiv minbarra dik tat-tip magħluq” tfisser fondi komuni ta' investiment u kumpanniji ta' investiment:
(i)
li l-għan tagħhom ikun l-investiment kollettiv ta' kapital provdut mill-pubbliku, u li joperaw fuq il-prinċipju tar-riskju mifrux; u
(ii)
li l-unitajiet tagħhom, fuq talba tad-detentur ta' dawn l-unitajiet, jerġgħu jinxtraw jew jinfdew, direttament jew indirettament, mill-assi ta' dawk l-impriżi;
(h)
“unitajiet ta' impriża ta' investiment kollettiv” tfisser titoli maħruġa minn impriża ta' investiment kollettiv u li jirrappreżentaw id-drittijiet tal-parteċipanti f'din impriża fuq l-assi tagħha;
(i)
“Stat Membru ta' l-oriġini” tfisser
(i)
fil-każ ta' emittent ta' titoli ta' dejn li d-denominazzjoni għal kull unità tagħhom tkun anqas minn EUR 1 000 jew emittent ta' ishma:
—
meta l-emittent ikun inkorporat fl-Unjoni, l-Istat Membru fejn ikollu l-uffiċċju reġistrat tiegħu;
—
fejn l-emittent ikun inkorporat f’pajjiż terz, l-Istat Membru magħżul mill-emittent minn fost l-Istati Membri li fihom it-titoli tiegħu huma ammessi għal kummerċ f’suq regolat. L-għażla tal-Istat Membru ta’ oriġini għandha tibqa’ valida dment li l-emittent ma jkunx għażel Stat Membru ta’ oriġini ġdid taħt il-punt (iii) u jkun żvela l-għażla skont it-tieni paragrafu ta’ dan il-punt (i);
Id-definizzjoni ta' Stat Membru “ta' domiċilju”għandha tkun applikabbli għat-titoli ta' debitu f'munita oħra apparti l-euro, sakemm il-valur ta' tali denominazzjoni għal kull unità tkun, fid-data tal-emissjoni, anqas minn EUR 1 000 , sakemm ma tkunx kważi ekwivalenti għal EUR 1 000 ;
(ii)
għal kull emittent li mhuwiex kopert mill-punt (i), l-Istat Membru magħżul mill-emittent minn fost l-Istat Membru li fih l-emittent ikollu l-uffiċċju reġistrat tiegħu, fejn applikabbli, u dawk l-Istati Membri fejn it-titoli tiegħu jkunu ammessi għal kummerċ f’suq regolat. L-emittent jista’ jagħżel Stat Membru wieħed biss bħala l-Istat Membru ta’ oriġini tiegħu. L-għażla tiegħu għandha tibqa’ valida għal tal-inqas tliet snin dment li t-titoli tiegħu jkunu għadhom ammessi għal kummerċ f’suq regolat fl-Unjoni jew dment li l-emittent ma jibdiex ikun kopert mill-punti (i) jew (iii) matul il-perijodu ta’ tliet snin;
(iii)
għal emittent li t-titoli tiegħu ma jibqgħux ammessi għal kummerċ f’suq regolat fl-Istat Membru ta’ oriġini tiegħu kif definit fit-tieni inċiż tal-punt (i) jew fil-punt (ii) iżda minflok huma ammessi għal kummerċ fi Stat Membru ieħor wieħed jew aktar, ltali Stat Membru ta’ oriġini ġdid kif jista jagħżel l-emittent minn fost l-Istati Membri li fihom it-titoli tiegħu huma ammessi għal kummerċ f’suq regolat u, fejn applikabbli, l-Istat Membru fejn l-emittent ikollu l-uffiċċju reġistrat tiegħu; Emittent għandu jiżvela l-Istat Membru ta’ oriġini tiegħu kif imsemmi fil-punti (i), (ii) jew (iii) f’konformità mal-Artikolu 20 u 21. Barra minn hekk, emittent għandu jiżvela l-Istat Membru ta’ oriġini tiegħu lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn huwa jkollu l-uffiċċju reġistrat tiegħu, fejn applikabbli, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ oriġini u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti kollha. Jekk l-emittent jonqos milli jiżvela l-Istat Membru ta’ oriġini tiegħu kif definit fit-tieni inċiż tal-punt (i) jew fil-punt (ii) fi żmien tliet xhur mid-data li fiha t-titoli tal-emittent jiġu ammessi għall-ewwel darba għal kummerċ f’suq regolat, l-Istat Membru ta’ oriġini għandu jkun l-Istat Membru fejn it-titoli tal-emittent huma ammessi għal kummerċ f’suq regolat. Fejm it-titoli tal-emittent huma ammessi għal kummerċ fi swieq regolati li jinsabu jew li qed joperaw f’aktar minn Stat Membru wieħed, dawk l-Istati Membri għandhom ikunu l-Istati Membri ta’ oriġini tal-emittent sakemm l-emittent jagħmel l-għażla sussegwenti ta’ Stat Membru ta’ oriġini wieħed u jiżvelha. Għal emittent li t-titoli tiegħu jkunu diġà ammessi għal kummerċ f’suq regolat u li l-għażla tiegħu ta’ Stat Membru ta’ oriġini kif imsemmi fil-punti (i), (ii) u (iii) ma ġiex żvelata qabel is-27 ta’ Novembru 2015, il-perijodu ta’ tliet xhur għandu jibqa’ mis-27 ta’ Novembru 2015. Emittent li jkun għażel Stat Membru ta’ oriġini kif isemmi fil-punti (i), (ii) jew (iii) u li jkun ikkomunika dik l-għażla lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ oriġini qabel is-27 ta’ Novembru 2015 għandu jiġi eżentat mir-rekwiżit taħt it-tieni paragrafu ta’ dan il-punt (i), ħlief jekk dan l-emittent jagħżel Stat Membru ta’ oriġini ieħor wara s-27 ta’ Novembru 2015.
(j)
“Stat Membru ospitanti” tfisser Stat Membru fejn it-titoli jiġu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat, jekk dan ikun differenti mill-Istat Membru ta' l-oriġini;
(k)
“informazzjoni regolata” tfisser l-informazzjoni kollha li l-emittent, jew kull persuna oħra li tkun applikat sabiex jiġu ammessi titoli għall-kummerċ f'suq regolat mingħajr il-kunsens ta' l-emittent, hu meħtieġ jagħti taħt din id-Direttiva, skond l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Jannar 2003 u tal-Kunsill dwar l-insider dealing u l-manipulazzjoni tas-suq (abbuż mis-suq) ( 2 ), jew skond il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-disposizzjonijiet amministrattivi ta' Stat Membru adottati skond l-Artikolu 3(1) ta' din id-Direttiva;
(l)
“mezzi elettroniċi” huma mezzi ta' tagħmir elettroniku għall-ipproċessar (inkluża l-kompressjoni diġitali), il-ħżin u t-trasmissjoni ta' data, li jkunu jużaw wajers, radju, teknoloġiji ottiċi, jew kull mezz elettromanjetiku ieħor;
(m)
“kumpannija ta' ġestjoni” tfisser kumpannija kif definita fl-Artikolu 1a(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE ta' l-20 ta' Diċembru 1985 dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għal impriżi għal investimenti kollettivi f'titoli trasferibbli (IIKTT) ( 3 );
(n)
“market maker” tfisser persuna li tipparteċipa fis-swieq finanzjarji fuq bażi kontinwa u li tkun lesta li tinnegozja f'isimha stess billi tixtri u tbigħ strumenti finanzjarji bil-kapital proprjetarju tagħha bi prezzijiet stabbiliti minnha;
(o)
“istituzzjoni ta' kreditu” tfisser impriża kif definita fl-Artikolu 1(1)(a) tad-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Marzu 2000 dwar il-bidu u eżerċizzju ta' kummerċ ta' istituzzjoni ta' kreditu ( 4 );
(p)
“titoli maħruġa b'mod kontinwu jew ripetut” tfisser titoli ta' debitu maħruġa f'serje mill-istess entità jew mill-inqas żewġ ħarġiet separati ta' titoli ta' tip u/jew klassi simili;
(q)
“ftehim formali” tfisser ftehim li huwa vinkolanti skont il-liġi applikabbli;
(r)
“rapportar dwar is-sostenibbiltà” tfisser rapportar dwar is-sostenibbiltà kif definit fl-Artikolu 2(18) tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|