+Artikolu 3 Integrazzjoni tas-swieq ta' titoli
---+Artikolu 3 1.
---+Artikolu 3 1a.
---+Artikolu 3 2.
|
Artikolu 3 Integrazzjoni tas-swieq ta' titoli
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 3 1.
|
L-Istat Membru ta’ oriġini jista’ jissoġġetta lill-emittent għal rekwiżiti aktar strinġenti minn dawk stabbiliti f’din id-Direttiva, ħlief li ma jistax jirrikjedi lill-emittenti li jippubblikaw informazzjoni finanzjarja perijodika fuq bażi aktar frekwenti mir-rapporti finanzjarji annwali msemmija fl-Artikolu 4 u r-rapporti finanzjarji ta’ kull sitt xhur imsemmija fl-Artikolu 5.
|
|
Artikolu 3 1a.
|
B’deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri ta’ oriġini jistgħu jirrikjedu lill-emittenti biex jippubblikaw informazzjoni finanzjarja perijodika addizzjonali fuq bażi aktar frekwenti mir-rapporti finanzjarji annwali msemmija fl-Artikolu 4 u r-rapporti finanzjarji ta’ kull sitt xhur imsemmija fl-Artikolu 5, jekk jintlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:
—
l-informazzjoni finanzjarja perijodika addizzjonali ma tikkostitwixxix piż finanzjarju sproporzjonat fl-Istat Membru kkonċernat, b’mod partikolari għal emittenti żgħar u ta’ daqs medju kkonċernati; u
—
il-kontenut tal-informazzjoni finanzjarja perijodika addizzjonali mitluba tkun proporzjonata tal-fatturi li jikkontribwixxu għal deċiżjonijiet ta’ investiment mill-investituri fl-Istat Membru kkonċernat.
Qabel jiddeċiedu li jirrikjedu lill-emittenti jippubblikaw informazzjoni finanzjarja perijodika addizzjonali, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw kemm jekk tali rekwiżiti addizzjonali jistgħux iwasslu għal li tingħata attenzjoni eċċessiva fuq ir-riżultati u l-prestazzjoni tal-emittenti għal terminu qasir kif ukoll jekk huma jistax ikollhom impatt negattiv fuq il-ħila ta’ emittenti żgħar u ta’ daqs medju li jkollhom aċċess għas-swieq regolati. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-Istati Membri jirrikjedu l-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni finanzjarja perijodika addizzjonali minn emittenti li huma istituzzjonijiet finanzjarji. L-Istat Membru ta’ oriġini ma jistax jissoġġetta detentur ta’ ishma, jew persuna fiżika jew entità ġuridika msemmija fl-Artikolu 10 jew 13, għal rekwiżiti aktar strinġenti minn dawk stabbiliti f’din id-Direttiva, ħlief meta:
(i)
jistabbilixxi livelli limiti ta’ notifika addizzjonali jew aktar baxxi minn dawk stabbiliti fl-Artikolu 9(1) u li jirrikjedu notifiki ekwivalenti meta mqabbla ma’ livelli limiti bbażati fuq holdings kapitali;
(ii)
japplika rekwiżiti aktar strinġenti minn dawk imsemmija fl-Artikolu 12; jew
(iii)
japplika liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi adottati fir-rigward ta’ offerti ta’ xiri, transazzjonijiet ta’ merger u transazzjonijiet oħra li jaffettwaw is-sjieda jew il-kontroll ta’ kumpanniji, superviżati mill-awtoritajiet maħtura mill-Istati Membri skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2004/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar offerti ta’ xiri (
7
).
|
|
Artikolu 3 2.
|
Stat Membru ta' l-oriġini ma jistax:
(a)
fir-rigward ta' ammissjoni ta' titoli f'suq regolat fit-territorju tiegħu, jimponi rekwiżiti ta' żvelar aktar strinġenti minn dawk stabbiliti f'din id-Direttiva jew fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2003/6/KE;
(b)
fir-rigward tan-notifika ta' informazzjoni, jissoġġetta lid-detentur ta' ishma, lil xi persuna fiżika jew entità ġuridika msemmija fl-Artikoli 10 jew 13, għal rekwiżiti aktar strinġenti minn dawk stabbiliti f'din id-Direttiva.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32004L0109
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|