|
+Artikolu 3 1a. |
Artikolu 3 1a.B’deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri ta’ oriġini jistgħu jirrikjedu lill-emittenti biex jippubblikaw informazzjoni finanzjarja perijodika addizzjonali fuq bażi aktar frekwenti mir-rapporti finanzjarji annwali msemmija fl-Artikolu 4 u r-rapporti finanzjarji ta’ kull sitt xhur imsemmija fl-Artikolu 5, jekk jintlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:
—
l-informazzjoni finanzjarja perijodika addizzjonali ma tikkostitwixxix piż finanzjarju sproporzjonat fl-Istat Membru kkonċernat, b’mod partikolari għal emittenti żgħar u ta’ daqs medju kkonċernati; u
—
il-kontenut tal-informazzjoni finanzjarja perijodika addizzjonali mitluba tkun proporzjonata tal-fatturi li jikkontribwixxu għal deċiżjonijiet ta’ investiment mill-investituri fl-Istat Membru kkonċernat.
Qabel jiddeċiedu li jirrikjedu lill-emittenti jippubblikaw informazzjoni finanzjarja perijodika addizzjonali, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw kemm jekk tali rekwiżiti addizzjonali jistgħux iwasslu għal li tingħata attenzjoni eċċessiva fuq ir-riżultati u l-prestazzjoni tal-emittenti għal terminu qasir kif ukoll jekk huma jistax ikollhom impatt negattiv fuq il-ħila ta’ emittenti żgħar u ta’ daqs medju li jkollhom aċċess għas-swieq regolati. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-Istati Membri jirrikjedu l-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni finanzjarja perijodika addizzjonali minn emittenti li huma istituzzjonijiet finanzjarji. L-Istat Membru ta’ oriġini ma jistax jissoġġetta detentur ta’ ishma, jew persuna fiżika jew entità ġuridika msemmija fl-Artikolu 10 jew 13, għal rekwiżiti aktar strinġenti minn dawk stabbiliti f’din id-Direttiva, ħlief meta:
(i)
jistabbilixxi livelli limiti ta’ notifika addizzjonali jew aktar baxxi minn dawk stabbiliti fl-Artikolu 9(1) u li jirrikjedu notifiki ekwivalenti meta mqabbla ma’ livelli limiti bbażati fuq holdings kapitali;
(ii)
japplika rekwiżiti aktar strinġenti minn dawk imsemmija fl-Artikolu 12; jew
(iii)
japplika liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi adottati fir-rigward ta’ offerti ta’ xiri, transazzjonijiet ta’ merger u transazzjonijiet oħra li jaffettwaw is-sjieda jew il-kontroll ta’ kumpanniji, superviżati mill-awtoritajiet maħtura mill-Istati Membri skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2004/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar offerti ta’ xiri ( 7 ). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|