Meta l-emittent ikun meħtieġ iħejji kontijiet ikkonsolidati skond is-Seba' Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE tat-13 ta' Ġunju 1983 dwar kontijiet ikkonsolidati (
9
), id-dikjarazzjonijiet finanzjarji verifikati għandhom jinkludu dawn il-kontijiet ikkonsolidati mħejjija skond ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 u l-kontijiet annwali ta' kumpannija
parent mħejjija skond il-liġi nazzjonali ta' l-Istat Membru fejn il-kumpannija
parent tkun inkorporata.
Meta l-emittent ma jkunx meħtieġ li iħejji kontijiet ikkonsolidati, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji verifikati għandhom jinkludu l-kontijiet mħejjija skond il-liġi nazzjonali ta' l-Istat Membru fejn il-kumpannija tkun inkorporata.