+Artikolu 4 Rapporti finanzjarji annwali
---+Artikolu 4 1.
---+Artikolu 4 2.
---+Artikolu 4 3.
---+Artikolu 4 4.
---+Artikolu 4 5.
---+Artikolu 4 6.
---+Artikolu 4 7.
|
Artikolu 4 Rapporti finanzjarji annwali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 4 1.
|
L-emittent għandu jagħmel pubbliku r-rapport finanzjarju annwali tiegħu sa mhux aktar tard minn erba’ xhur mit-tmiem ta’ kull sena finanzjarja u għandu jiżgura li dan jibqa’ disponibbli pubblikament għal tal-inqas 10 snin.
|
|
Artikolu 4 2.
|
Ir-rapport finanzjarju annwali għandu jinkludi:
(a)
id-dikjarazzjonijiet finanzjarji verifikati;
(b)
ir-rapport ta' ġestjoni; u
▼M6
(c)
dikjarazzjonijiet mill-persuni responsabbli fi ħdan l-emittent, li l-ismijiet u l-funzjonijiet tagħhom għandhom jiġu indikati b’mod ċar, fejn jgħidu li sa fejn jistgħu jkunu jafu, ir-rapporti finanzjarji mħejjija f’konformità mas-sett applikabbli tal-istandards kontabilistiċi jagħtu l-istat sewwa u xieraq tal-assi, tal-obbligazzjonijiet, tal-posizzjoni finanzjarja u tal-profitt jew tat-telf tal-emittent u tal-impriżi inklużi fil-konsolidazzjoni meta meqjusa kollha flimkien u li r-rapport ta’ ġestjoni jinkludi rieżami ġust tal-iżvilupp u tal-prestazzjoni tan-negozju u tal-posizzjoni tal-emittent u tal-impriżi inklużi fil-konsolidazzjoni meta meqjusa kollha flimkien, flimkien ma’ deskrizzjoni tar-riskji ewlenin u tal-inċertezzi li dawn jiffaċċjaw u, fejn xieraq, li jkun imħejji f’konformità mal-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà msemmijin fl-Artikolu 29b tad-Direttiva 2013/34/UE u mal-ispeċifikazzjonijiet adottati skont l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
8
)
▼B
|
|
Artikolu 4 3.
|
Meta l-emittent ikun meħtieġ iħejji kontijiet ikkonsolidati skond is-Seba' Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE tat-13 ta' Ġunju 1983 dwar kontijiet ikkonsolidati (
9
), id-dikjarazzjonijiet finanzjarji verifikati għandhom jinkludu dawn il-kontijiet ikkonsolidati mħejjija skond ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 u l-kontijiet annwali ta' kumpannija parent mħejjija skond il-liġi nazzjonali ta' l-Istat Membru fejn il-kumpannija parent tkun inkorporata. Meta l-emittent ma jkunx meħtieġ li iħejji kontijiet ikkonsolidati, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji verifikati għandhom jinkludu l-kontijiet mħejjija skond il-liġi nazzjonali ta' l-Istat Membru fejn il-kumpannija tkun inkorporata.
|
|
Artikolu 4 4.
|
Ir-rapporti finanzjarji għandhom jiġu vverifikati f’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 34(1) u l-Artikolu 34(2) tad-Direttiva 2013/34/UE. L-awditur statutorju għandu joħroġ l-opinjoni u d-dikjarazzjoni dwar ir-rapport ta’ ġestjoni msemmi fil-punti (a) u (b) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 34(1), u fl-Artikolu 34(2) tad-Direttiva 2013/34/UE. Ir-rapport tal-awditu msemmi fl-Artikolu 28 tad-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
10
) iffirmat mill-persuna jew mill-persuni responsabbli għat-twettiq tal-ħidma stabbilita fl-Artikolu 34(1) u (2) tad-Direttiva 2013/34/UE għandu jiġi ddivulgat bis-sħiħ lill-pubbliku flimkien mar-rapport finanzjarju annwali. Fejn applikabbli, għandha tingħata opinjoni ta’ aċċertament dwar ir-rapportar dwar is-sostenibbiltà f’konformità mal-punt (aa) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 34(1) u l-Artikolu 34(2) sa (5) tad-Direttiva 2013/34/UE. Ir-rapport ta’ aċċertament dwar ir-rapportar dwar is-sostenibbiltà msemmi fl-Artikolu 28a tad-Direttiva 2006/43/KE għandu jiġi divulgat b’mod sħiħ lill-pubbliku flimkien mar-rapport finanzjarju annwali.
|
|
Artikolu 4 5.
|
Ir-rapport ta’ ġestjoni għandu jitfassal f’konformità mal-Artikoli 19, 19a u 20, u l-Artikolu 29d(1) tad-Direttiva 2013/34/UE, u għandu jinkludi l-ispeċifikazzjonijiet adottati skont l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2020/852, meta jitfassal mill-impriżi msemmija f’dawk id-dispożizzjonijiet.
Meta l-emittent ikun meħtieġ iħejji kontijiet ikkonsolidati, ir-rapport ta’ ġestjoni kkonsolidat għandu jitfassal f’konformità mal-Artikoli 29 u 29a u l-Artikolu 29d(2) tad-Direttiva 2013/34/UE u għandu jinkludi l-ispeċifikazzjonijiet adottati skont l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2020/852, meta jitfassal mill-impriżi msemmijin f’dawk id-dispożizzjonijiet.
|
|
Artikolu 4 6.
|
Il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(2), tadotta miżuri ta' implimentazzjoni sabiex tikkunsidra l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji u sabiex tiżgura l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha b'mod partikolari tispeċifika l-kondizzjonijiet tekniċi li jirrigwardaw il-mod kif rapport finanzjarju annwali pubblikat, inkluż ir-rapport tal-verifika, għandu jibqa' disponibbli għall-pubbliku. Fejn xieraq, il-Kummissjoni tista' tadatta wkoll il-perjodu ta' ħames snin imsemmi fil-paragrafu 1.
|
|
Artikolu 4 7.
|
Għas-snin finanzjarji li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2020 jew wara, ir-rapporti finanzjarji annwali kollha għandhom jitħejjew f’format elettroniku uniku għar-rappurtar dment li tkun saret analiżi tal-kostbenefiċċju mill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (ESMA) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
11
). Madankollu, Stat Membru jista’ jippermetti lill-emittenti japplikaw dak ir-rekwiżit ta’ rappurtar għas-snin finanzjarji li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2021 jew wara, dment li dak l-Istat Membru jinnotifika lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tiegħu li jippermetti tali dewmien sad-19 ta’ Marzu 2021, u li l-intenzjoni tiegħu tiġi debitament ġustifikata. L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-format elettroniku għar-rappurtar, b’referenza dovuta għall-għażliet teknoloġiċi attwali u futuri. Qabel l-adozzjoni tal-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji, l-EMSA għandha twettaq valutazzjoni adegwata ta’ formati elettroniċi għar-rappurtar possibbli u twettaq testijiet xierqa fuq il-post. L-ESMA għandha tippreżenta dawk l-istandards tekniċi regolatorji abbozzati lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2016. Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fit-tieni subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32004L0109
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|