+Artikolu 5 Rapporti finanzjarji ta' kull sitt xhur
---+Artikolu 5 1.
---+Artikolu 5 2.
---+Artikolu 5 3.
---+Artikolu 5 4.
---+Artikolu 5 5.
---+Artikolu 5 6.

Artikolu 5 Rapporti finanzjarji ta' kull sitt xhur

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 5 1.
Kull sitt xhur l-emittent ta’ ishma jew titoli ta’ debitu għandu jagħmel pubbliku rapport finanzjarju li jkopri l-ewwel sitt xhur tas-sena finanzjarja mill-aktar fis possibbli wara t-tmiem tal-perijodu rilevanti, iżda mhux aktar tard minn tliet xhur wara dan. L-emittent għandu jiżgura li r-rapport finanzjarju ta’ kull sitt xhur jibqa’ disponibbli għall-pubbliku għal tal-inqas 10 snin.
Artikolu 5 2.

Ir-rapport finanzjarju ta' kull sitt xhur għandu jinkludi:

(a) 

is-sett tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji fil-qosor;

(b) 

rapport ta' ġestjoni interim; u

(ċ) 

dikjarazzjonijiet mill-persuni responsabbli fi ħdan l-emittent, li l-ismijiet u l-funzjonijiet tagħhom għandhom jiġu indikati b'mod ċar, fejn jgħidu li sa fejn jistgħu jkunu jafu, is-sett fil-qosor tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji imħejji skond is-sett applikabbli ta' l-istandards tal-kontabilità jagħtu stampa jagħtu l-istat sewwa u xieraq ta' l-attiv, tal-passiv, tal-posizzjoni finanzjarja u tal-qligħ jew it-telf ta' l-emittent, jew ta' l-impriżi inklużi fil-konsolidazzjoni meta meħuda bħala total wieħed skond il-paragrafu 3, u li r-rapport ta' ġestjoni interim jinkludi analiżi ġusta ta' l-informazzjoni meħtieġa taħt il-paragrafu 4.

Artikolu 5 3.
Meta l-emittent ikun meħtieġ iħejji kontijiet ikkonsolidati, is-sett tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji fil-qosor għandhom jiġu mħejjija skond l-istandards tal-kontabilità internazzjonali applikabbli għar-rapporti finanzjarji interim adottati skond il-proċedura stabbilita taħt l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru. 1606/2002.

Meta l-emittent ma jkunx meħtieġ iħejji kontijiet ikkonsolidati, is-sett tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji fil-qosor għandu jinkludi għallinqas karta tal-bilanċ fil-qosor, kont tal-qligħ u tat-telf fil-qosor u noti ta' spjegazzjoni dwar dawn il-kontijiet. Għat-tħejjija tal-karta tal-bilanċ fil-qosor u l-kont tal-qligħ u tat-telf fil-qosor, l-emittent għandu jsegwi l-istess prinċipji ta' għarfien u ta' kalkolu bħal dawk użati fit-tħejjija tar-rapporti finanzjarji annwali.

Artikolu 5 4.
Ir-rapport ta' ġestjoni interim għandu jinkludi mill-inqas indikazzjoni ta' l-avvenimenti importanti li jkunu seħħew matul l-ewwel sitt xhur tas-sena finanzjarja, u l-impatt tagħhom fuq is-sett tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji fil-qosor, flimkien ma' deskrizzjoni tar-riskji ewlenin u l-inċertezzi għas-sitt xhur tas-sena finanzjarja li jkun fadal. Għall-emittenti ta' ishma, ir-rapport ta' ġestjoni interim għandu jinkludi wkoll it-transazzjonijiet rilevanti mal-partijiet relatati.
Artikolu 5 5.
Jekk ir-rapport finanzjarju ta' kull sitt xhur jkun ġie verifikat, ir-rapport tal-verifika għandu jiġi inkluż fl-intier tiegħu. L-istess għandu japplika fil-każ ta' reviżjoni ta' l-awdituri. Jekk ir-rapport finanzjarju ta' kull sitt xhur ma jkunx ġie verifikat jew rivedut mill-awdituri, l-emittent għandu jiddikjara dan fir-rapport tiegħu.
Artikolu 5 6.
Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri, skont l-Artikolu 27(2) jew l-Artikolu 27(2a), (2b) u (2c), sabiex tqis l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji, biex tispeċifika r-rekwiżiti u tiżgura l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafi 1 sa 5 ta’ dan l-Artikolu.

Il-Kummissjoni għandha, b'mod partikolari:

(a) 

tispeċifika l-kondizzjonijiet tekniċi li jirregolaw kif ir-rapport finanzjarju ta' kull sitt xhur li jkun ġie ppubblikat, inkluża r-reviżjoni ta' l-awdituri, għandu jibqa' disponibbli għall-pubbliku;

(b) 

tikkjarifika n-natura tar-reviżjoni ta' l-awdituri;

(ċ) 

tispeċifika l-kontenut minimu tal-karta tal-bilanċ u tal-kontijiet tal-qligħ u t-telf fil-qosor u n-noti ta' spjegazzjoni dwar dawn il-kontijiet, meta dawn ma jkunux ġew imħejjija skond l-istandards internazzjonali tal-kontabilità adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) No 1606/2002.

Il-miżuri msemmija fil-punt (a) għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 27(2). Il-miżuri msemmija fil-punti (b) u (c) għandhom jiġu stipulati permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 27(2a), (2b) u (2c), u soġġett għall-kondizzjonijiet tal-Artikoli 27a u 27b.

Fejn xieraq, il-Kummissjoni tista’ tadatta wkoll il-perijodu tal-ħames snin imsemmi fil-paragrafu 1 permezz ta’ att delegat skont l-Artikolu 27(2a), (2b) u (2c), u soġġett għall-kondizzjonijiet tal-Artikoli 27a u 27b.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32004L0109
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.