+Artikolu 8 Eżenzjonijiet
---+Artikolu 8 1.
---+Artikolu 8 2.
---+Artikolu 8 3.
---+Artikolu 8 4.
|
Artikolu 8 Eżenzjonijiet
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 8 1.
|
L-Artikoli 4 u 5 ma għandhomx japplikaw għall-emittenti li ġejjin:
(a)
Stat, awtorità reġjonali jew lokali ta’ Stat, korp internazzjonali pubbliku li tiegħu huwa membru tal-inqas Stat Membru wieħed, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), il-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja (EFSF) stabbilita bil-Ftehim Qafas tal-EFSF u kwalunkwe mekkaniżmu ieħor stabbilit bl-għan li jippreserva l-istabbiltà finanzjarja tal-unjoni monetarja Ewropea billi jipprovdi assistenza finanzjarja temporanja lill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri kemm jekk huma joħorġu ishma u titoli oħra kif ukoll jekk le; u
(b)
emittent li joħroġ esklużivament titoli ta’ dejn ammessi għal kummerċ f’suq regolat, li d-denominazzjoni għal kull unità tagħhom tkun tal-inqas EUR 100 000 jew, fil-każ ta’ titoli ta’ dejn denominati f’munita oħra minbarra l-euro, meta l-valur ta’ tali denominazzjoni għal kull unità jkun, fid-data tal-ħruġ, ekwivalenti għal tal-inqas EUR 100 000 .
|
|
Artikolu 8 2.
|
L-Istat Membru ta' l-oriġini jista' jagħżel li ma japplikax l-Artikolu 5 għal istituzzjonijiet ta' kreditu li l-ishma tagħhom ma jkunux ammessi għall-kummerċ f'suq regolat u li jkunu, b'mod kontinwu jew ripetut, ħarġu biss titoli ta' debitu kemm-il darba l-ammont nominali totali ta' dawn it-titoli ta' debitu kollha jibqa' inqas minn EUR 100 000 000 u ma jkunux ippubblikaw prospett taħt id-Direttiva 2003/71/KE.
|
|
Artikolu 8 3.
|
L-Istat Membru ta' l-oriġini jista' jagħżel li ma japplikax l-Artikolu 5 għal emittenti li jkunu diġà jeżistu fid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2003/71/KE li joħorġu biss titoli ta' debitu garantiti mingħajr kondizzjonjiet u b'mod irrevokabbli mill-Istat Membru ta' l-oriġini jew minn waħda mill-awtoritajiet reġonali jew lokali tiegħu, f'suq regolat.
|
|
Artikolu 8 4.
|
B’deroga mill-punt (b) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Artikoli 4 u 5 ma għandhomx japplikaw għal emittenti li joħorġu esklużivament titoli ta’ dejn li d-denominazzjoni għal kull unità tagħhom tkun tal-inqas EUR 50 000 jew, fil-każ ta’ titoli ta’ dejn denominati f’munita oħra minbarra l-euro, meta l-valur ta’ din id-denominazzjoni għal kull unità jkun, fid-data tal-ħruġ, ekwivalenti għal tal-inqas EUR 50 000 , li jkunu diġà ġew ammessi għal kummerċ f’suq regolat fl-Unjoni qabel il-31 ta’ Diċembru 2010, għall-perijodu li dawn it-titoli ta’ dejn ikunu pendenti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32004L0109
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|