|
+Artikolu 8 1. |
Artikolu 8 1.L-Artikoli 4 u 5 ma għandhomx japplikaw għall-emittenti li ġejjin:
(a)
Stat, awtorità reġjonali jew lokali ta’ Stat, korp internazzjonali pubbliku li tiegħu huwa membru tal-inqas Stat Membru wieħed, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), il-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja (EFSF) stabbilita bil-Ftehim Qafas tal-EFSF u kwalunkwe mekkaniżmu ieħor stabbilit bl-għan li jippreserva l-istabbiltà finanzjarja tal-unjoni monetarja Ewropea billi jipprovdi assistenza finanzjarja temporanja lill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri kemm jekk huma joħorġu ishma u titoli oħra kif ukoll jekk le; u
(b)
emittent li joħroġ esklużivament titoli ta’ dejn ammessi għal kummerċ f’suq regolat, li d-denominazzjoni għal kull unità tagħhom tkun tal-inqas EUR 100 000 jew, fil-każ ta’ titoli ta’ dejn denominati f’munita oħra minbarra l-euro, meta l-valur ta’ tali denominazzjoni għal kull unità jkun, fid-data tal-ħruġ, ekwivalenti għal tal-inqas EUR 100 000 . 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|