+Artikolu 9 Notifika dwar l-akkwist jew it-trasferiment ta'holdingsimportanti
---+Artikolu 9 1.
---+Artikolu 9 2.
---+Artikolu 9 3.
---+Artikolu 9 4.
---+Artikolu 9 5.
---+Artikolu 9 6.
---+Artikolu 9 6a.
---+Artikolu 9 6b.
---+Artikolu 9 7.
|
Artikolu 9 Notifika dwar l-akkwist jew it-trasferiment ta'holdingsimportanti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 9 1.
|
L-Istat Membru ta' l-oriġini għandu jiżgura li, meta azzjonista jakkwista jew jittrasferixxi l-ishma ta' emittent li l-ishma tiegħu jkunu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat u li magħhom ikunu marbuta drittijiet tal-vot, dan l-azzjonista għandu jinnotifika lill-emittent dwar il-proporzjon ta' drittijiet tal-vot ta' l-emittent li jinsab f'idejn l-azzjonista b'konsegwenza ta' l-akkwist jew it-trasferiment meta dak il-proporzjon jilħaq, jaqbeż jew jinżel taħt il-limiti ta' 5 %, 10 %, 15 %, 20 %, 25 %, 30 %, 50 % u 75 %. Id-drittijiet tal-vot għandhom jiġu kkalkulati fuq il-bażi ta' l-ishma kollha li magħhom ikunu marbuta drittijiet tal-vot anki jekk dawn ikunu sospiżi. Minbarra dan, din l-informazzjoni għandha wkoll tingħata fir-rigward ta' l-ishma kollha li jkunu fl-istess klassi u li magħhom jkunu marbuta drittijiet tal-vot.
|
|
Artikolu 9 2.
|
L-Istati Membri ta' l-oriġini għandhom jiżguraw li l-azzjonisti jinnotifikaw lill-emittent dwar il-proporzjon ta' drittijiet tal-vot, meta dak il-proporzjon jilħaq, jaqbeż jew jinżel taħt il-limiti stabbiliti fil-paragrafu 1, minħabba xi avvenimenti li jbiddlu t-tqassim tad-drittijiet tal-vot, u abbażi ta' l-informazzjoni żvelata skond l-Artikolu 15. Meta l-emittent ikun inkorporat f'pajjiż terz, in-notifika għandha tkun magħmula għal avvenimenti ekwivalenti.
|
|
Artikolu 9 3.
|
L-Istat Membru ta' l-oriġini m'għandux għalfejn japplika:
(a)
il-limitu ta' 30 %, fejn hu japplika limitu ta' terz;
(b)
il-limitu ta' 75 %, fejn hu japplika limitu ta' żewġ terzi.
|
|
Artikolu 9 4.
|
Dan l-Artikolu m'għandux japplika la għal ishma akkwistati unikament għal skopijiet ta' ta' kumpens jew ħlas fiċ-ċiklu qasir ta' ħlas użwali, u lanqas għal kuraturi li jżommu l-ishma fil-kapaċità tagħhom ta' kustodji, kemm-il darba dawn il-kustodji jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tal-vot marbuta ma' dawn l-ishma biss fuq struzzjonijiet mogħtija bil-miktub jew b'mezzi elettroniċi.
|
|
Artikolu 9 5.
|
Dan l-Artikolu lanqas m'għandu japplika għall-akkwist jew it-trasferiment ta' holding importanti li jilħaq jew jaqbeż il-limitu ta' 5 % minn market maker fil-kapaċità ta' market maker, kemm-il darba:
(a)
ikun awtorizzat mill-Istat Membru ta' l-oriġini tiegħu taħt id-Direttiva 2004/39/KE; u
(b)
la jintervjeni fil-ġestjoni ta' l-emittent in kwistjoni u lanqas jeżerċita xi influwenza fuq l-emittent biex jixtri dawn l-ishma jew biex isostni l-prezz tagħhom.
|
|
Artikolu 9 6.
|
Dan l-Artikolu ma għandux japplika għad-drittijiet għal vot miżmuma fil-portafoll tan-negozjar, kif definit fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 2006/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar l-adegwatezza tal-kapital ta’ kumpanniji ta’ investiment u istituzzjonijiet ta’ kreditu (
13
), ta’ istituzzjoni ta’ kreditu jew ta’ kumpannija ta’ investiment bil-kondizzjoni li:
(a)
id-drittijiet għal vot miżmuma fil-portafoll tan-negozjar ma jaqbżux 5 %, u
(b)
id-drittijiet għal vot marbuta ma’ ishma miżmuma fil-portafoll tan-negozjar ma jiġux eżerċitati jew użati mod ieħor għal intervent fil-ġestjoni tal-emittent.
|
|
Artikolu 9 6a.
|
Dan l-Artikolu ma għandux japplika għad-drittijiet għal vot marbuta ma’ ishma miksubin għal finijiet ta’ stabbilizzazzjoni f’konformità tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2273/2003 tat-22 ta’ Diċembru 2003 li jimplimenta d-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-eżenzjonijiet għall-programmi tax-xiri lura u l-istabbilizzazzjoni tal-istrumenti finanzjarji (
14
), dment li d-drittijiet għal vot marbutin ma’ dawk l-ishma mhumiex eżerċitati jew użati b’xi mod ieħor bħala intervent fil-ġestjoni tal-emittent.
|
|
Artikolu 9 6b.
|
L-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-metodu ta’ kalkolu tal-livell limitu ta’ 5 % msemmi fil-paragrafi 5 u 6, inkluż fil-każ ta’ grupp ta’ kumpanniji, b’kont meħud tal-Artikolu 12(4) u (5). L-ESMA għandha tippreżenta dan l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sas-27 ta’ Novembru 2014. Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mat-termini tal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
|
Artikolu 9 7.
|
Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 27(2a), (2b) u (2c), u soġġett għall-kondizzjonijiet tal-Artikoli 27a u 27b, tadotta miżuri sabiex tikkunsidra l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji u tispeċifika r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 2, 4 u 5. Il-Kummissjoni għandha tispeċifika, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 27(2a), (2b) u (2c), u soġġett għall-kondizzjonijiet tal-Artikoli 27a u 27b, tispeċifika t-tul massimu taċ-“ċiklu qasir ta’ ħlas” imsemmi fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, kif ukoll il-mekkaniżmi xierqa ta’ kontroll mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju. Minbarra dan, il-Kummissjoni tista’ tfassal lista ta’ l-avvenimenti msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 27(2).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32004L0109
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|