|
+Artikolu 13 1a. |
Artikolu 13 1a.L-għadd ta’ drittijiet għal vot għandu jiġi kkalkulat b’referenza għall-ammont kunċettwali sħiħ ta’ ishma sottostanti għall-istrument finanzjarju ħlief fejn l-istrument finanzjarju jipprevedi esklużivament ħlas bi flus kontanti, f’liema każ l-għadd ta’ drittijiet għal vot għandu jiġi kkalkulat fuq bażi ta’ “aġġustament delta”, billi jiġi mmultiplikat l-ammont kunċettwali ta’ ishma sottostanti mad-delta tal-istrument. Għal dan il-fini, id-detentur għandu jiġbor flimkien u jinnotifika l-istrumenti finanzjarji kollha relatati mal-istess emittent sottostanti. Għall-kalkolu tad-drittijiet għal vot għandhom jiġu kkunsidrati biss il-pożizzjonijiet twal. Il-pożizzjonijiet twal ma għandhomx jingħataw bil-valur nett ma’ pożizzjonijiet bin-nieqes relatati mal-istess emittent sottostanti. L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:
(a)
il-metodu biex jiġi kkalkulat l-għadd ta’ drittijiet għal vot imsemmi fl-ewwel subparagrafu fil-każ ta’ strumenti finanzjarji referenzati għal sett ta’ ishma jew indiċi; u
(b)
il-metodi biex tiġi ddeterminata delta għall-fini li jiġu kkalkulati d-drittijiet għal vot relatati ma’ strumenti finanzjarji li jipprevedu esklużivament ħlas bi flus kontanti kif mitlub fl-ewwel subparagrafu. L-ESMA għandha tippreżenta dan l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sas-27 ta’ Novembru 2014. Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|