+Artikolu 13
---+Artikolu 13 1.
---+Artikolu 13 1a.
---+Artikolu 13 1b.
---+Artikolu 13 2.
---+Artikolu 13 3.
---+Artikolu 13 4.

Artikolu 13

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 13 1.

Ir-rekwiżiti ta’ notifika stabbiliti fl-Artikolu 9 għandhom japplikaw ukoll għal persuna fiżika jew entità ġuridika li jkollha, direttament jew indirettament:

(a) 

strumenti finanzjarji li, mal-maturità, jagħtu lid-detentur, taħt ftehim formali, jew id-dritt mhux kondizzjonat ta’ akkwist jew id-diskrezzjoni fir-rigward tad-dritt tiegħu li jakkwista, ishma li magħhom ikun hemm marbuta drittijiet għal vot, diġà maħruġa, ta’ emittent li l-ishma tiegħu jkunu ammessi għal kummerċ f’suq regolat;

(b) 

strumenti finanzjarji li mhumiex inklużi fil-punt (a) iżda li jirreferu għall-ishma msemmija f’dak il-punt u li għandhom effett ekonomiku simili għal dak tal-istrumenti finanzjarji msemmija f’dak il-punt, kemm jekk jagħtu dritt għal saldu konkret kif ukoll jekk le.

In-notifika meħtieġa għandha tinkludi data disaggregata skont it-tip ta’ strumenti finanzjarji miżmuma skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu u strumenti finanzjarji miżmuma skont il-punt (b) ta’ dak is-subparagrafu, li tagħmel distinzjoni bejn l-istrumenti finanzjarji li jagħtu dritt għal saldu konkret u l-istrumenti finanzjarji li jagħtu dritt għal ħlas bi flus kontanti.

Artikolu 13 1a.
L-għadd ta’ drittijiet għal vot għandu jiġi kkalkulat b’referenza għall-ammont kunċettwali sħiħ ta’ ishma sottostanti għall-istrument finanzjarju ħlief fejn l-istrument finanzjarju jipprevedi esklużivament ħlas bi flus kontanti, f’liema każ l-għadd ta’ drittijiet għal vot għandu jiġi kkalkulat fuq bażi ta’ “aġġustament delta”, billi jiġi mmultiplikat l-ammont kunċettwali ta’ ishma sottostanti mad-delta tal-istrument. Għal dan il-fini, id-detentur għandu jiġbor flimkien u jinnotifika l-istrumenti finanzjarji kollha relatati mal-istess emittent sottostanti. Għall-kalkolu tad-drittijiet għal vot għandhom jiġu kkunsidrati biss il-pożizzjonijiet twal. Il-pożizzjonijiet twal ma għandhomx jingħataw bil-valur nett ma’ pożizzjonijiet bin-nieqes relatati mal-istess emittent sottostanti.

L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:

(a) 

il-metodu biex jiġi kkalkulat l-għadd ta’ drittijiet għal vot imsemmi fl-ewwel subparagrafu fil-każ ta’ strumenti finanzjarji referenzati għal sett ta’ ishma jew indiċi; u

(b) 

il-metodi biex tiġi ddeterminata delta għall-fini li jiġu kkalkulati d-drittijiet għal vot relatati ma’ strumenti finanzjarji li jipprevedu esklużivament ħlas bi flus kontanti kif mitlub fl-ewwel subparagrafu.

L-ESMA għandha tippreżenta dan l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sas-27 ta’ Novembru 2014.

Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 13 1b.

Għall-finijiet tal-paragrafu 1, dawn li ġejjin għandhom jitqiesu bħala strumenti finanzjarji, dment li huma jissodisfaw kwalunkwe mill-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) jew (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1:

(a) 

titoli trasferibbli;

(b) 

għażliet;

(c) 

futuri;

(d) 

tpartit;

(e) 

ftehimiet ta’ rata bil-quddiem;

(f) 

kuntratti għal differenzi; u

(g) 

kwalunkwe kuntratti jew ftehimiet oħra b’effetti ekonomiċi simili li jistgħu jiġu saldati fiżikament jew bi flus kontanti.

L-ESMA għandha tistabbilixxi u perijodikament taġġorna lista indikattiva ta’ strumenti finanzjarji li huma soġġetti għar-rekwiżiti ta’ notifika skont il-paragrafu 1, b’kont meħud ta’ żviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji.

Artikolu 13 2.
Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta, permezz ta’ atti ddelegati f’konformità mal-Artikolu 27(2a), (2b) u (2c), u soġġett għall-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 27a u 27b, il-miżuri sabiex tispeċifika l-kontenuti tan-notifika li għandha ssir, il-perijodu tan-notifika u lil min għandha ssir in-notifika, kif imsemmi fil-paragrafu 1.
Artikolu 13 3.

Sabiex jiġu żgurati l-kondizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u biex tqis l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi formoli, mudelli u proċeduri standard li għandhom jintużaw meta tiġi nnotifikata l-informazzjoni meħtieġa lill-emittent skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jew meta tinħażen l-informazzjoni skont l-Artikolu 19(3).

Is-setgħa hija mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards teknici ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 13 4.
L-eżenzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9(4), (5) u (6) u fl-Artikolu 12(3), (4) u (5) għandhom japplikaw mutatis mutandis għar-rekwiżiti ta’ notifika taħt dan l-Artikolu.

L-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-każijiet li fihom l-eżenzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu japplikaw għal strumenti finanzjarji miżmuma minn persuna fiżika jew entità ġuridika li tkun qiegħda twettaq ordnijiet riċevuti minn klijenti jew tirrispondi għat-talbiet ta’ klijent għal kummerċ ħlief fuq bażi proprjetarja, jew pożizzjonijiet ta’ hedging li jirriżultaw minn tali negozjar.

L-ESMA għandha tippreżenta dan l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sas-27 ta’ Novembru 2014.

Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32004L0109
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.