+Artikolu 17 Rekwiżiti ta' informazzjoni għal emittenti li l-ishma tagħhom ikunu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat
---+Artikolu 17 1.
---+Artikolu 17 2.
---+Artikolu 17 3.
---+Artikolu 17 4.

Artikolu 17 Rekwiżiti ta' informazzjoni għal emittenti li l-ishma tagħhom ikunu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 17 1.
L-emittent ta' ishma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat għandu jiżgura t-trattament ugwali tad-detenturi kollha ta' ishma li jkunu fl-istess posizzjoni.
Artikolu 17 2.

L-emittent għandu jiżgura li l-faċilitajiet u l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex id-detenturi ta' ishma jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom ikunu disponibbli fl-Istat Membru ta' l-oriġini u li l-integrità tad-data tiġi preżervata. L-azzjonisti m'għandhomx jinżammu milli jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom bi prokura, bla ħsara għal-liġi tal-pajjiż fejn l-emittent ikun inkorporat. B'mod partikolari, l-emittent għandu:

(a) 

jipprovdi informazzjoni dwar il-post, il-ħin u l-aġenda tal-laqgħat, in-numru totali ta' ishma u ta' drittijiet tal-vot u d-drittijiet tad-detenturi li jipparteċipaw fil-laqgħat;

(b) 

jagħmel disponibbli formola ta' prokura, f'forma miktuba jew, fejn applikabbli, b'mezzi elettroniċi, lil kull persuna li jkollha l-jedd li tivvota f'laqgħa ta' l-azzjonisti, flimkien ma' l-avviż dwar il-laqgħa jew, fuq talba, wara tħabbir tal-laqgħa;

(ċ) 

tinnomina bħala l-aġent tagħha istituzzjoni finanzjarja li permezz tagħha l-azzjonisti jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet finanzjarji tagħhom; u

(d) 

tippubblika avviżi jew tqassam ċirkulari dwar l-allokazzjoni u l-ħlas ta' dividendi u l-ħruġ ta' ishma ġodda, inkluża informazzjoni dwar kull xorta ta' arranġamenti għall-allokazzjoni, is-sottoskrizzjoni, il-kanċellazzjoni jew il-konverżjoni.

Artikolu 17 3.

Għall-iskopijiet ta' l-għoti ta' informazzjoni lill-azzjonisti, l-Istat Membru ta' l-oriġini għandu jippermetti lill-emittenti illi jużaw mezzi elettroniċi, kemm-il darba din id-deċiżjoni tittieħed f'laqgħa ġenerali u tkun tissodisfa mill-inqas il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-użu ta' mezzi elettroniċi b'ebda mod m'għandu jiddependi fuq fejn tinsab is-sede jew ir-residenza ta' l-azzjonista jew, fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 10(a) sa (h), tal-persuni fiżiċi jew entitajiet ġuridiċi;

(b) 

għandhom jiġu stabbiliti arranġamenti ta' identifikazzjoni sabiex l-azzjonisti, jew il-persuni fiżiċi jew entitajiet ġuridii li huma intitolati li jeżerċitaw jew li jidderieġu l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-vot, ikunu infurmati b'mod effettiv;

(ċ) 

l-azzjonisti, jew fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 10 (a) sa (e), il-persuni fiżiċi jew entitajiet ġuridiċi li jkunu intitolati li jakkwistaw, jittrasferixxu jew jeżerċitaw drittijiet tal-vot, għandhom jiġu kkuntattjati bil-miktub sabiex jintalab il-kunsens tagħhom għall-użu ta' mezzi elettroniċi għall-għoti ta' informazzjoni u, jekk ma joġġezzjonawx fi żmien raġonevoli, l-kunsens tagħhom jitqies illi jkun ingħata. Għandhom ikunu jistgħu jitolbu, f'kull ħin fil-futur, li l-informazzjoni tingħata bil-miktub, u

(d) 

kull tqassim ta' l-ispejjeż involuti fl-għoti ta' din l-informazzjoni b'mezzi elettroniċi għandu jiġi stabbilit mill-emittent b'mod konformi mal-prinċipju tat-trattament ugwali stabbilit fil-paragrafu 1.

Artikolu 17 4.
Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 27(2a), (2b) u (2c), u soġġett għall-kondizzjonijiet tal-Artikoli 27a u 27b, tadotta miżuri sabiex tqis l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji, sabiex tikkunsidra l-iżviluppi fit-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u tispeċifika r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 1, 2 u 3. Il-Kummissjoni għandha, b’mod partikolari, tispeċifika t-tipi ta’ istituzzjonijiet finanzjarji li permezz tagħhom azzjonista jista’ jeżerċita d-drittijiet finanzjarji provduti fil-paragrafu 2(c).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32004L0109
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.