|
+Artikolu 17 3. |
Artikolu 17 3.Għall-iskopijiet ta' l-għoti ta' informazzjoni lill-azzjonisti, l-Istat Membru ta' l-oriġini għandu jippermetti lill-emittenti illi jużaw mezzi elettroniċi, kemm-il darba din id-deċiżjoni tittieħed f'laqgħa ġenerali u tkun tissodisfa mill-inqas il-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
l-użu ta' mezzi elettroniċi b'ebda mod m'għandu jiddependi fuq fejn tinsab is-sede jew ir-residenza ta' l-azzjonista jew, fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 10(a) sa (h), tal-persuni fiżiċi jew entitajiet ġuridiċi;
(b)
għandhom jiġu stabbiliti arranġamenti ta' identifikazzjoni sabiex l-azzjonisti, jew il-persuni fiżiċi jew entitajiet ġuridii li huma intitolati li jeżerċitaw jew li jidderieġu l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-vot, ikunu infurmati b'mod effettiv;
(ċ)
l-azzjonisti, jew fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 10 (a) sa (e), il-persuni fiżiċi jew entitajiet ġuridiċi li jkunu intitolati li jakkwistaw, jittrasferixxu jew jeżerċitaw drittijiet tal-vot, għandhom jiġu kkuntattjati bil-miktub sabiex jintalab il-kunsens tagħhom għall-użu ta' mezzi elettroniċi għall-għoti ta' informazzjoni u, jekk ma joġġezzjonawx fi żmien raġonevoli, l-kunsens tagħhom jitqies illi jkun ingħata. Għandhom ikunu jistgħu jitolbu, f'kull ħin fil-futur, li l-informazzjoni tingħata bil-miktub, u
(d)
kull tqassim ta' l-ispejjeż involuti fl-għoti ta' din l-informazzjoni b'mezzi elettroniċi għandu jiġi stabbilit mill-emittent b'mod konformi mal-prinċipju tat-trattament ugwali stabbilit fil-paragrafu 1. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|