+Artikolu 18 Rekwiżiti ta' informazzjoni għall-emittenti ta' titoli ta' dejn li jkunu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat
---+Artikolu 18 1.
---+Artikolu 18 2.
---+Artikolu 18 3.
---+Artikolu 18 4.
---+Artikolu 18 5.

Artikolu 18 Rekwiżiti ta' informazzjoni għall-emittenti ta' titoli ta' dejn li jkunu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 18 1.
L-emittent ta' titoli ta' debitu li jkunu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat għandu jiżgura li d-detenturi kollha ta' titoli ta' debitu li jkollhom l-istess gradwazzjoni jingħataw trattament ugwali fir-rigward tad-drittijiet kollha marbuta ma' dawk it-titoli ta' debitu.
Artikolu 18 2.

L-emittent għandu jiżgura li l-faċilitajiet u l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex id-detenturi ta' titoli ta' debitu ikunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom ikunu disponibbli fl-Istat Membru ta' l-oriġini u li l-integrità tad-data tiġi preżervata. Id-detenturi ta' titoli ta' debitu m'għandhomx jinżammu milli jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom bi prokura, bla ħsara għal-liġi tal-pajjiż fejn l-emittent ikun inkorporat. B'mod partikolari, l-emittent għandu:

(a) 

jippubblika avviżi, jew iqassam ċirkolari, dwar il-post, il-ħin u l-aġenda tal-laqgħat tad-detenturi ta' titoli ta' debitu, il-ħlas ta' imgħaxijiet, l-eżerċizzju ta' drittijiet ta' konverżjoni, skambju, sottoskrizzjoni jew kanċellazzjoni, u l-ħlas lura, kif ukoll id-dritt ta' dawk id-detenturi li jipparteċipaw fihom;

(b) 

jagħmel disponibbli formola ta' prokura fil-forma miktuba jew, fejn applikabbli, b'mezzi elettroniċi, lil kull persuna li jkollha l-jedd li tivvota f'laqgħa ta' detenturi ta' titoli ta' debitu, flimkien ma' l-avviż dwar il-laqgħa jew, fuq talba, wara t-tħabbir tal-laqgħa; u

(ċ) 

tinnomina bħala l-aġent tagħha istituzzjoni finanzjarja li permezz tagħha d-detenturi ta' titoli ta' debitu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet finanzjarji tagħhom;

Artikolu 18 3.
Fejn ikunu biss dawk id-detenturi ta' titoli ta' dejn li d-denominazzjoni għal kull unità tagħhom tammonta tal-anqas għal EUR 100 000 jew, fil-każ ta' titoli ta' dejn denominati f'munita apparti l-euro li l-valur tad-denominazzjoni għal kull unità tagħhom ikun, fid-data tal-emissjoni, ekwivalenti għal tal-anqas EUR 100 000 , li ser jiġu mistiedna għal laqgħa, l-emittent jista' jagħżel bħala post għal-laqgħa kwalunkwe Stat Membru, sakemm il-faċilitajiet u l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex tali detenturi jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom isiru disponibbli f'dak l-Istat Membru.

L-għażla msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tapplika wkoll fir-rigward tad-detenturi tat-titoli ta' dejn li d-denominazzjoni għal kull unità tagħhom tammonta tal-anqas għal EUR 50 000 jew, fil-każ ta' titoli ta' dejn denominati f'munita apparti l-euro li l-valur ta' tali denominazzjoni għal kull unità jkun, fid-data tal-emissjoni, ekwivalenti għal tal-anqas EUR 50 000 , li jkunu diġà ġew ammessi għall-kummerċ f'suq regolat fl-Unjoni qabel il-31 ta' Diċembru 2010, għall-perjodu ta' żmien li tali titoli ta' dejn ikunu għadhom pendenti, sakemm il-faċilitajiet u l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex tali detenturi jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom isiru disponibbli fl-Istat Membru magħżul mill-emittent.

Artikolu 18 4.

Għall-iskopijiet ta' l-għoti ta' informazzjoni lid-detenturi ta' titoli ta' debitu, l-Istat Membru ta' l-oriġini, jew l-Istat Membru magħżul mill-emittent skond il-paragrafu 3, għandu jippermetti lill-emittenti li jużaw mezzi elettroniċi, kemm-il darba din id-deċiżjoni tittieħed f'laqgħa ġenerali u tkun tissodisfa mill-inqas il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-użu ta' mezzi elettroniċi b'ebda mod m'għandu jiddependi fuq fejn tinsab is-sede jew ir-residenza tad-detentur ta' titolu ta' debitu jew ta' prokuratur li jirrappreżenta lil dak id-detentur;

(b) 

għandhom jiġu stabbiliti arranġamenti ta' identifikazzjoni sabiex id-detenturi ta' titoli ta' debitu ikunu infurmati b'mod effettiv;

(ċ) 

id-detenturi ta' titoli ta' debitu għandhom jiġu kkuntattjati bil-miktub sabiex jintalab il-kunsens tagħhom għall-użu ta' mezzi elettroniċi għall-għoti ta' informazzjoni u jekk ma joġġezzjonawx fi żmien raġonevoli, l-kunsens tagħhom jitqies illi jkun ingħata. Għandhom ikunu jistgħu jitolbu, f'kull ħin fil-futur, li l-informazzjoni tingħata bil-miktub; u

(d) 

kull tqassim ta' l-ispejjeż involuti fl-għoti ta' din l-informazzjoni b'mezzi elettroniċi għandu jiġi stabbilit mill-emittent skond il-prinċipju tat-trattament ugwali stabbilit fil-paragrafu 1.

Artikolu 18 5.
Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 27(2a), (2b) u (2c), u soġġett għall-kondizzjonijiet tal-Artikoli 27a u 27b, tadotta miżuri sabiex tqis l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji, sabiex tikkunsidra l-iżviluppi fit-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u tispeċifika r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 1 sa 4. Il-Kummissjoni għandha, b’mod partikolari, tispeċifika t-tipi ta’ istituzzjonijiet finanzjarji li permezz tagħhom detentur ta’ titolu ta’ debitu jista’ jeżerċita d-drittijiet finanzjarji stabbiliti fil-paragrafu 2(c).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32004L0109
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.