|
+Artikolu 18 2. |
Artikolu 18 2.L-emittent għandu jiżgura li l-faċilitajiet u l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex id-detenturi ta' titoli ta' debitu ikunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom ikunu disponibbli fl-Istat Membru ta' l-oriġini u li l-integrità tad-data tiġi preżervata. Id-detenturi ta' titoli ta' debitu m'għandhomx jinżammu milli jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom bi prokura, bla ħsara għal-liġi tal-pajjiż fejn l-emittent ikun inkorporat. B'mod partikolari, l-emittent għandu:
(a)
jippubblika avviżi, jew iqassam ċirkolari, dwar il-post, il-ħin u l-aġenda tal-laqgħat tad-detenturi ta' titoli ta' debitu, il-ħlas ta' imgħaxijiet, l-eżerċizzju ta' drittijiet ta' konverżjoni, skambju, sottoskrizzjoni jew kanċellazzjoni, u l-ħlas lura, kif ukoll id-dritt ta' dawk id-detenturi li jipparteċipaw fihom;
(b)
jagħmel disponibbli formola ta' prokura fil-forma miktuba jew, fejn applikabbli, b'mezzi elettroniċi, lil kull persuna li jkollha l-jedd li tivvota f'laqgħa ta' detenturi ta' titoli ta' debitu, flimkien ma' l-avviż dwar il-laqgħa jew, fuq talba, wara t-tħabbir tal-laqgħa; u
(ċ)
tinnomina bħala l-aġent tagħha istituzzjoni finanzjarja li permezz tagħha d-detenturi ta' titoli ta' debitu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet finanzjarji tagħhom; 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|