Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu Artikolu 27(2a), (2b) u (2c), u soġġett għall-kondizzjonijiet tal-Artikoli 27a u 27b, tadotta miżuri sabiex tispeċifika r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 1, 2 u 3.
Il-Kummissjoni għandha, b’mod partikolari, tispeċifika l-proċedura skont liema l-emittent, id-detentur ta’ ishma jew strumenti finanzjarji oħra, jew il-persuna jew entità msemmija fl-Artikolu 10, għandhom jippreżentaw informazzjoni mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini taħt il-paragrafu 1 jew 3, rispettivament, sabiex ikun jista’ jsir il-ħżin b’mezzi elettroniċi fl-Istat Membru tal-oriġini.