+Artikolu 19 Kontroll ta' l-Istat Membru ta' l-oriġini
---+Artikolu 19 1.
---+Artikolu 19 2.
---+Artikolu 19 3.
---+Artikolu 19 4.
|
Artikolu 19 Kontroll ta' l-Istat Membru ta' l-oriġini
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 19 1.
|
Kull meta l-emittent, jew persuna li tkun talbet, mingħajr il-kunsens ta' l-emittent, l-ammissjoni tat-titoli tiegħu għall-kummerċ f'suq regolat, tiżvela informazzjoni regolata, hu għandu fl-istess ħin jiddepożita dik l-informazzjoni ma' l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru ta' l-oriġini tiegħu. Dik l-awtorità kompetenti tista' tiddeċiedi li tippubblika dik l-informazzjoni depożitta fuq is-sit ta' l-Internet tagħha.
|
|
Artikolu 19 2.
|
L-Istat Membru ta' l-oriġini jista' jeżenta lil emittent mill-ħtieġa taħt il-paragrafu 1 fir-rigward ta' informazzjoni żvelata skond l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2003/6/KE jew l-Artikolu 12(6) ta' din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 19 3.
|
Informazzjoni li għandha tiġi nnotifikata lill-emittent skond l-Artikoli 9, 10, 12 u 13 għandha fl-istess ħin tiġi depożitata ma' l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru ta' l-oriġini.
|
|
Artikolu 19 4.
|
Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu Artikolu 27(2a), (2b) u (2c), u soġġett għall-kondizzjonijiet tal-Artikoli 27a u 27b, tadotta miżuri sabiex tispeċifika r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 1, 2 u 3.
Il-Kummissjoni għandha, b’mod partikolari, tispeċifika l-proċedura skont liema l-emittent, id-detentur ta’ ishma jew strumenti finanzjarji oħra, jew il-persuna jew entità msemmija fl-Artikolu 10, għandhom jippreżentaw informazzjoni mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini taħt il-paragrafu 1 jew 3, rispettivament, sabiex ikun jista’ jsir il-ħżin b’mezzi elettroniċi fl-Istat Membru tal-oriġini.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32004L0109
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|