|
+Artikolu 23a 1. |
Artikolu 23a 1.Mill-10 ta’ Lulju 2026, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jiddivulgaw l-informazzjoni regolata msemmija fl-Artikolu 21(1) ta’ din id-Direttiva, l-emittent jew il-persuna li tkun applikat għall-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat mingħajr il-kunsens tal-emittent għandha tissottometti fl-istess ħin l-informazzjoni regolata lill-korp tal-ġbir kif imsemmi fl-Artikolu għall-fini li tagħmilha aċċessibbli fuq il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew (ESAP) stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2023/2859 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 17 ). L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni regolata tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859 jew, fejn meħtieġ mil-liġi tal-Unjoni jew mil-liġi nazzjonali, f’format li jinqara mill-magni, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (4) ta’ dak ir-Regolament;
(b)
tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:
(i)
l-ismijiet kollha tal-kumpanija li magħha hija relatata l-informazzjoni;
(ii)
l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-emittent, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (b) tar-Regolament (UE) 2023/2859;
(iii)
id-daqs tal-emittent skont il-kategorija, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (d), ta’ dak ir-Regolament;
(iv)
is-settur(i) industrijali tal-attivitajiet ekonomiċi tal-emittent, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (e), ta’ dak ir-Regolament;
(v)
it-tip ta’ informazzjoni kif ikklassifikata skont l-Artikolu 7(4), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament;
(vi)
indikazzjoni dwar jekk l-informazzjoni tinkludix data personali. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|