+Artikolu 23a Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew
---+Artikolu 23a 1.
---+Artikolu 23a 2.
---+Artikolu 23a 3.
---+Artikolu 23a 4.
---+Artikolu 23a 5.
---+Artikolu 23a 6.

Artikolu 23a Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 23a 1.

Mill-10 ta’ Lulju 2026, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jiddivulgaw l-informazzjoni regolata msemmija fl-Artikolu 21(1) ta’ din id-Direttiva, l-emittent jew il-persuna li tkun applikat għall-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat mingħajr il-kunsens tal-emittent għandha tissottometti fl-istess ħin l-informazzjoni regolata lill-korp tal-ġbir kif imsemmi fl-Artikolu għall-fini li tagħmilha aċċessibbli fuq il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew (ESAP) stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2023/2859 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 17 ).

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni regolata tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859 jew, fejn meħtieġ mil-liġi tal-Unjoni jew mil-liġi nazzjonali, f’format li jinqara mill-magni, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (4) ta’ dak ir-Regolament;

(b) 

tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:

(i) 

l-ismijiet kollha tal-kumpanija li magħha hija relatata l-informazzjoni;

(ii) 

l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-emittent, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (b) tar-Regolament (UE) 2023/2859;

(iii) 

id-daqs tal-emittent skont il-kategorija, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (d), ta’ dak ir-Regolament;

(iv) 

is-settur(i) industrijali tal-attivitajiet ekonomiċi tal-emittent, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (e), ta’ dak ir-Regolament;

(v) 

it-tip ta’ informazzjoni kif ikklassifikata skont l-Artikolu 7(4), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament;

(vi) 

indikazzjoni dwar jekk l-informazzjoni tinkludix data personali.

Artikolu 23a 2.
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (b)(ii), l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-emittenti jiksbu identifikatur ta’ entità ġuridika.
Artikolu 23a 3.
Għall-fini li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ssir aċċessibbli fuq l-ESAP, il-korp tal-ġbir kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2) tar-Regolament (UE) 2023/2859 għandu jkun il-mekkaniżmu ddeżinjat uffiċjalment skont l-Artikolu 21(2) ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 23a 4.

Mill-10 ta’ Lulju 2026, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 29(1) ta’ din id-Direttiva ssir aċċessibbli fuq l-ESAP. Għal dak il-fini, il-korp tal-ġbir kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2023/2859 għandu jkun l-awtorità kompetenti skont din id-Direttiva.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859;

(b) 

tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:

(i) 

l-ismijiet kollha l-ismijiet kollha tal-persuna fiżika jew entità ġuridika li magħha hi relatata l-informazzjoni;

(ii) 

fejn disponibbli, l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-entità ġuridika kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2023/2859;

(iii) 

it-tip ta’ informazzjoni kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament;

(iv) 

indikazzjoni dwar jekk l-informazzjoni tinkludix data personali.

Artikolu 23a 5.

Għall-fini li jiġu żgurati l-ġbir u l-ġestjoni effiċjenti tal-informazzjoni regolata sottomessa f’konformità mal-paragrafu 1, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika:

(a) 

kwalunkwe metadata oħra li takkumpanja dik l-informazzjoni, inkluż ir-rapport finanzjarju ta’ kull sitt xhur imsemmi fl-Artikolu 5(1);

(b) 

l-istrutturar tad-data u l-format li jinqara mill-magni applikabbli għall-informazzjoni msemmija fil-punt (a) ta’ dan is-subparagrafu.

Għall-finijiet tal-punt (b), l-ESMA għandha tivvaluta l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ formati differenti li jinqraw mill-magni u twettaq testijiet xierqa fuq il-post.

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 23a 6.
Fejn meħtieġ, l-ESMA għandha tadotta linji gwida biex tiżgura li l-metadata sottomessa f’konformità mal-paragrafu 5, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), hija korretta.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32004L0109
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.