+Artikolu 24 Awtoritajiet kompetenti u s-setgħat tagħhom
---+Artikolu 24 1.
---+Artikolu 24 2.
---+Artikolu 24 3.
---+Artikolu 24 4.
---+Artikolu 24 4a.
---+Artikolu 24 4b.
---+Artikolu 24 5.
---+Artikolu 24 6.
|
Artikolu 24 Awtoritajiet kompetenti u s-setgħat tagħhom
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 24 1.
|
Kull Stat Membru għandu jinnomina l-awtorità ċentrali msemmija fl-Artikolu 21(1) tad-Direttiva 2003/71/KE bħala l-awtorità amministrattiva kompetenti ċentrali responsabbli għat-twettiq tar-rekwiżiti previsti f’din id-Direttiva u sabiex tiżgura li d-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva huma applikati. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill- AETS b'dan. Iżda, għall-għanijiet tal-paragrafu 4(h), l-Istati Membri jistgħu jinnominaw awtorità kompetenti minbarra l-awtorità kompetenti ċentrali imsemmija fl-ewwel subparagrafu.
|
|
Artikolu 24 2.
|
L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-awtorità kompetenti ċentrali tagħhom li tiddelega xi dmirijiet. Għajr għad-dmirijiet imsemmija fil-paragrafu 4(h), kwalunkwe delegazzjoni ta' dmirijiet dwar ir-rekwiżiti previsti f'din id-Direttiva u l-miżuri implimentattivi tagħha għandhom jiġu riveduti ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva u għandhom jintemmu tmien snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. Kwalunkwe delegazzjoni tad-dmirijiet għandha ssir b'mod speċifiku u tiddikjara d-dmirijiet li għandhom isiru u l-kondizzjonijiet li taħthom għandhom isiru. Dawk il-kondizzjonijiet għandhom jinkludu klawsola li teħtieġ li l-entità in kwistjoni tkun organizzata b'tali mod li kunflitti ta' interessi jiġu evitati u informazzjoni miksuba mit-twettiq ta' dmirijiet delegati ma tiġix użata b'mod mhux ġust jew sabiex timpedixxi l-kompetizzjoni. Fi kwalunkwe każ, ir-responsabbiltà finali għas-sorveljanza tal-konformità mad-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva u l-miżuri implimentattivi adottati bi qbil magħha għandhom jaqgħu f'idejn l-awtorità kompetenti maħtura skond il-paragrafu 1.
|
|
Artikolu 24 3.
|
L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni, lill-AETS skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra bi kwalunkwe arranġamenti li jkunu daħlu għalihom fir-rigward tad-delega ta’ dmirijiet, inklużi l-kondizzjonijiet preċiżi għar-regolazzjoni tad-delegi.
|
|
Artikolu 24 4.
|
Kull awtorità kompetenti għandu jkollha s-setgħat kollha meħtieġa sabiex twettaq il-funzjonijiet tagħha. Għandha għallinqas jkollha s-setgħa li:
(a)
teħtieġ lill-awdituri, lill-emittenti, lid-detenturi ta' ishma jew ta' strumenti finanzjarji oħra, jew lill-persuni li jissemmew fl-Artikoli 10 jew 13, u lill-persuni li jikkontrollawhom jew li huma kkontrollati minnhom, sabiex jipprovdu informazzjoni u dokumenti;
(b)
teħtieġ lill-emittent sabiex jikkomunika l-informazzjoni meħtieġa taħt il-punt (a) lill-pubbliku bil-mezzi u fil-limiti ta' żmien li l-awtorità tikkunsidra meħtieġa. Tista' tippubblika din l-informazzjoni fuq l-inizjattiva tagħha stess fil-każ li l-emittent, jew il-persuni li jikkontrollawh jew li huma kkontrollati minnu, jonqsu li jagħmlu dan u wara li jkunu semgħu lill-emittent;
(ċ)
teħtieġ lill-ġesturi ta' l-emittenti u tad-detenturi ta' ishma jew strumenti finanzjarji oħra, jew ta' persuni jew entitajiet imsemmija fl-Artikoli 10 jew 13, sabiex jinnotifikaw l-informazzjoni meħtieġa taħt din id-Direttiva, jew taħt il-liġi nazzjonali adottata skond din id-Direttiva, u, jekk ikun hemm bżonn, sabiex jipprovdu aktar informazzjoni u dokumenti;
(d)
tissospendi jew titlob lis-suq regolat relevanti jissospendi, il-kummerċ f'titoli għal massimu ta' għaxart'ijiem kull darba jekk ikollha raġunijiet xierqa biex tissuspetta li d-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva, jew tal-liġi nazzjonali adottata skond din id-Direttiva, jkunu ġew miksura mill-emittent;
(e)
tipprojbixxi l-kummerċ f'suq regolat jekk issib li d-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva, jew tal-liġi nazzjonali adottata skond din id-Direttiva, jkunu ġew miksura, jew jekk ikollha raġuni li tissuspetta li d-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva jkunu ġew miksura;
(f)
tikkontrolla li l-emittent jiżvela informazzjoni fil-ħin bil-għan li jiżgura aċċess effettiv u ugwali għall-pubbliku fl-Istati Membri kollha fejn it-titoli huma kkumerċjalizzati u tieħu azzjoni xierqa jekk dan ma jkunx il-każ;
(g)
tagħmel pubbliku l-fatt li l-emittent, jew id-detentur ta' ishma jew ta' strumenti finanzjarji oħra, jew persuna jew entità msemmija fl-Artikoli 10 jew 13, qiegħda tonqos milli tikkonforma ma' l-obbligi tagħha;
(h)
teżamina li l-informazzjoni msemmija f'din id-Direttiva tiġi mħejjija skond il-qafas ta' rappurtaġġ relevanti u tieħu miżuri addattati fil-każ li tiskopri xi ksur; u
(i)
twettaq spezzjonijiet fuq il-post fit-territorju tagħha skond il-liġi nazzjonali, sabiex tivverifika l-konformità mad-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva u l-miżuri implimentattivi tagħha. Fejn ikun hemm bżonn taħt il-liġi nazzjonali, l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jużaw din is-setgħa billi jirrikorru għall-awtorità ġudizzjarja relevanti u/jew f'kooperazzjoni ma' awtoritajiet oħra.
|
|
Artikolu 24 4a.
|
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jingħataw is-setgħat investigattivi kollha neċessarji għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f’konformità mad-dritt nazzjonali.
|
|
Artikolu 24 4b.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżerċitaw is-setgħat ta’ sanzjonar tagħhom, skont din id-Direttiva u d-dritt nazzjonali, bi kwalunkwe wieħed mill-modi li ġejjin:
—
f’kollaborazzjoni ma’ awtoritajiet oħra;
—
taħt ir-responsabbiltà tagħhom b’delega lil dawn l-awtoritajiet;
—
b’applikazzjoni lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti.
|
|
Artikolu 24 5.
|
Il-paragrafi 1 sa 4 huma mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li Stat Membru jagħmel arranġamenti legali u amministrattivi separati għal territorji barranin Ewropej li għar-relazzjonijiet barranin tagħhom ikun responsabbli l-Istat Membru.
|
|
Artikolu 24 6.
|
L-iżvelar lill-awtoritajiet kompetenti mill-awdituri ta' kwalunkwe fatt jew deċiżjoni relatata mat-talbiet magħmula mill-awtorità kompetenti taħt il-paragrafu (4)(a) ma għandhiex tikkostitwixxi ksur ta' xi restrizzjoni fuq il-komunikazzjoni ta' informazzjoni imposta b'kuntratt jew bi kwalunkwe liġi, regolament jew disposizzjoni amministrattiva u ma għandha toħloq ebda tip ta' responsabbiltà għall-awdituri.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32004L0109
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|