|
+Artikolu 24 4. |
Artikolu 24 4.Kull awtorità kompetenti għandu jkollha s-setgħat kollha meħtieġa sabiex twettaq il-funzjonijiet tagħha. Għandha għallinqas jkollha s-setgħa li:
(a)
teħtieġ lill-awdituri, lill-emittenti, lid-detenturi ta' ishma jew ta' strumenti finanzjarji oħra, jew lill-persuni li jissemmew fl-Artikoli 10 jew 13, u lill-persuni li jikkontrollawhom jew li huma kkontrollati minnhom, sabiex jipprovdu informazzjoni u dokumenti;
(b)
teħtieġ lill-emittent sabiex jikkomunika l-informazzjoni meħtieġa taħt il-punt (a) lill-pubbliku bil-mezzi u fil-limiti ta' żmien li l-awtorità tikkunsidra meħtieġa. Tista' tippubblika din l-informazzjoni fuq l-inizjattiva tagħha stess fil-każ li l-emittent, jew il-persuni li jikkontrollawh jew li huma kkontrollati minnu, jonqsu li jagħmlu dan u wara li jkunu semgħu lill-emittent;
(ċ)
teħtieġ lill-ġesturi ta' l-emittenti u tad-detenturi ta' ishma jew strumenti finanzjarji oħra, jew ta' persuni jew entitajiet imsemmija fl-Artikoli 10 jew 13, sabiex jinnotifikaw l-informazzjoni meħtieġa taħt din id-Direttiva, jew taħt il-liġi nazzjonali adottata skond din id-Direttiva, u, jekk ikun hemm bżonn, sabiex jipprovdu aktar informazzjoni u dokumenti;
(d)
tissospendi jew titlob lis-suq regolat relevanti jissospendi, il-kummerċ f'titoli għal massimu ta' għaxart'ijiem kull darba jekk ikollha raġunijiet xierqa biex tissuspetta li d-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva, jew tal-liġi nazzjonali adottata skond din id-Direttiva, jkunu ġew miksura mill-emittent;
(e)
tipprojbixxi l-kummerċ f'suq regolat jekk issib li d-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva, jew tal-liġi nazzjonali adottata skond din id-Direttiva, jkunu ġew miksura, jew jekk ikollha raġuni li tissuspetta li d-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva jkunu ġew miksura;
(f)
tikkontrolla li l-emittent jiżvela informazzjoni fil-ħin bil-għan li jiżgura aċċess effettiv u ugwali għall-pubbliku fl-Istati Membri kollha fejn it-titoli huma kkumerċjalizzati u tieħu azzjoni xierqa jekk dan ma jkunx il-każ;
(g)
tagħmel pubbliku l-fatt li l-emittent, jew id-detentur ta' ishma jew ta' strumenti finanzjarji oħra, jew persuna jew entità msemmija fl-Artikoli 10 jew 13, qiegħda tonqos milli tikkonforma ma' l-obbligi tagħha;
(h)
teżamina li l-informazzjoni msemmija f'din id-Direttiva tiġi mħejjija skond il-qafas ta' rappurtaġġ relevanti u tieħu miżuri addattati fil-każ li tiskopri xi ksur; u
(i)
twettaq spezzjonijiet fuq il-post fit-territorju tagħha skond il-liġi nazzjonali, sabiex tivverifika l-konformità mad-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva u l-miżuri implimentattivi tagħha. Fejn ikun hemm bżonn taħt il-liġi nazzjonali, l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jużaw din is-setgħa billi jirrikorru għall-awtorità ġudizzjarja relevanti u/jew f'kooperazzjoni ma' awtoritajiet oħra. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|