+Artikolu 25 Segretezza professjonali u koperazzjoni bejn l-Istati Membri
---+Artikolu 25 1.
---+Artikolu 25 2.
---+Artikolu 25 2a.
---+Artikolu 25 2b.
---+Artikolu 25 2c.
---+Artikolu 25 ►M33.
---+Artikolu 25 4.
|
Artikolu 25 Segretezza professjonali u koperazzjoni bejn l-Istati Membri
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 25 1.
|
L-obbligu tas-segretezza professjonali għandu japplika għall-persuni kollha li jaħdmu jew kienu jaħdmu għall-awtorità kompetenti u għal dawk l-entitajiet li lilhom l-awtoritajiet kompetenti setgħu ddelegaw ċerti dmirijiet. Informazzjoni koperta mis-segretezza professjonali ma tistax tiġi żvelata lill-ebda persuna jew awtorità ħlief permezz tal-liġijiet, ir-regolamenti jew id-disposizzjonijiet amminstrattivi ta' Stat Membru.
|
|
Artikolu 25 2.
|
L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom jikooperaw flimkien, kull meta jkun meħtieġ, bil-għan li jaqdu dmirijiethom u jagħmlu użu mis-setgħat tagħhom, kemm jekk stabbiliti f'din id-Direttiva jew fil-liġi nazzjonali adottata skond din id-Direttiva. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu għajnuna lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri l-oħra. Fl-eżerċizzju tas-setgħat ta’ sanzjonar u s-setgħat investigattivi tagħhom, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw sabiex jiħguraw li s-sanzjonijiet jew il-miżuri jipproduċu r-riżultati mixtieqa, u għandhom jikkoordinaw l-azzjoni tagħhom meta jittrattaw każijiet transkonfinali.
|
|
Artikolu 25 2a.
|
L-awtoritjajiet kompetenti jistgħu jirreferu lill-AETS sitwazzjonijiet fejn tkun ġiet rifjutata talba għal kooperazzjoni jew ma tkunx ittieħdet azzjoni dwarha fi żmien raġonevoli. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), fil-każijiet imsemmija fl-ewwel sentenza, l-AETS tista’ taġixxi skont is-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
|
Artikolu 25 2b.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mal-AETS għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, skont ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
|
Artikolu 25 2c.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom, mingħajr dewmien, jagħtu lill-AETS l-informazzjoni kollha meħtiega sabiex twettaq dmirijietha skont din id-Direttiva u skont ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010, skont l-Artikolu 35 ta’ dak ir-Regolament.
|
|
Artikolu 25 ►M33.
|
Il-paragrafu 1 m’għandux jipprevjeni lill-awtoritajiet kompetenti milli jiskambjaw informazzjoni konfidenzjali ma’, jew milli jittrasmettu informazzjoni lil, awtoritajiet kompetenti oħrajn, lill-AETS u lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar is-sorveljanza mikroprudenzjali tal-Unjoni Ewropea tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (
18
). ◄ Informazzjoni miksuba b'dan il-mod għandha tkun koperta mill-obbligu tas-segretezza professjonali li għalih huma soġġetti l-persuni impjegati jew li kienu impjegati mill-awtoritajiet kompetenti li jirċievu l-informazzjoni.
|
|
Artikolu 25 4.
|
L-Istati Membri u l-AETS skont l-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, jistgħu jikkonkludu ftehimiet ta’ kooperazzjoni li jipprovdu għall-iskambju ta’ informazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti jew mal-korpi ta’ pajjiżi terzi li għandhom is-setgħa permezz tal-leġislazzjoni rispettiva tagħhom li jaqdu kwalunkwe dmir taħt din id-Direttiva skont l-Artikolu 24. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-AETS meta huma jikkonkludu ftehimiet ta’ kooperazzjoni. Dan l-iskambju ta’ informazzjoni huwa soġġett għal garanziji ta’ segretezza professjonali ekwivalenti għallinqas għal dawk imsemmija f’dan l-Artikolu. Dan l-iskambju ta’ informazzjoni għandu jkun intiż għat-twettiq ta’ xogħol ta’ sorveljanza mill-awtoritajiet jew mill-korpi msemmija. Fejn l-informazzjoni tkun ġejja minn Stat Membru ieħor, din m’għandhiex tiġi komunikata mingħajr il-ftehim espress tal-awtoritajiet kompetenti li jkunu żvelawha u, fejn xieraq, għall-għanijiet biss li għalihom l-awtoritajiet ikunu taw il-qbil tagħhom.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32004L0109
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|