|
+Artikolu 28c 1. |
Artikolu 28c 1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta jkunu qegħdin jiddeterminaw it-tip u l-livell ta’ sanzjonijiet jew miżuri amministrattivi, l-awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw iċ-ċirkostanzi rilevanti kollha, inkluż fejn adatt:
(a)
il-gravità u d-dewmien tal-ksur;
(b)
il-livell ta’ responsabbiltà tal-persuna fiżika jew l-entità ġuridika responsabbli;
(c)
is-saħħa finanzjarja tal-persuna fiżika jew l-entità ġuridika responsabbli, pereżempju kif indikat mill-valur tal-bejgħ totali tal-entità ġuridika responsabbli jew l-introjtu annwali tal-persuna fiżika responsabbli;
(d)
l-importanza tal-profitti miksuba jew it-telf evitat mill-persuna fiżika jew l-entità ġuridika responsabbli, safejn ikunu jistgħu jiġu determinati;
(e)
it-telf imġarrab minn partijiet terzi b’riżultat tal-ksur, safejn ikun jista’ jiġi determinat;
(f)
il-livell ta’ kooperazzjoni tal-persuna fiżika jew l-entità ġuridika responsabbli mal-awtorità kompetenti;
(g)
ksur preċedenti mill-persuna fiżika jew l-entità ġuridika responsabbli. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|