Sal-10 ta’ Ġunju 2019, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (ESMA), stabbilita permezz tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
11
) informazzjoni dwar jekk għandhomx identifikazzjoni limitata ta’ azzjonisti lil azzjonisti li jkollhom aktar minn ċertu perċentwal tal-ishma jew tad-drittijiet tal-vot f’konformità mal-paragrafu 1 u, jekk iva, il-perċentwal applikabbli. L-ESMA għandha tippubblika dik l-informazzjoni fil-websajt tagħha.