+Artikolu 3a L-identifikazzjoni tal-azzjonisti
---+Artikolu 3a 1.
---+Artikolu 3a 2.
---+Artikolu 3a 3.
---+Artikolu 3a 4.
---+Artikolu 3a 5.
---+Artikolu 3a 6.
---+Artikolu 3a 7.
---+Artikolu 3a 8.

Artikolu 3a L-identifikazzjoni tal-azzjonisti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 3a 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji jkollhom id-dritt li jidentifikaw l-azzjonisti tagħhom. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-kumpaniji li jkollhom uffiċċju reġistrat fit-territorju tagħhom jitħallew jitolbu biss l-identifikazzjoni tal-azzjonisti li jżommu aktar minn ċertu perċentwal ta’ ishma jew drittijiet tal-vot. Tali perċentwal ma għandux jeċċedi 0,5 %.
Artikolu 3a 2.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, wara talba tal-kumpanija jew ta’ parti terza nominata mill-kumpanija, l-intermedjarji jikkomunikaw mingħajr dewmien lill-kumpanija l-informazzjoni dwar l-identità tal-azzjonisti.
Artikolu 3a 3.
Meta jkun hemm aktar minn intermedjarju wieħed f’katina ta’ intermedjarji, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-talba tal-kumpanija, jew ta’ parti terza nominata mill-kumpanija, tiġi trażmessa bejn l-intermedjarji mingħajr dewmien u li l-informazzjoni rigward l-identità tal-azzjonisti tiġi trażmessa direttament lill-kumpanija jew lil parti terza nominata mill-kumpanija mingħajr dewmien mill-intermedjarju li jkollu l-informazzjoni mitluba. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpanija tkun tista’ tikseb informazzjoni dwar l-identità tal-azzjonisti mingħand kull intermedjarju fil-katina li jkollha l-informazzjoni.

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-kumpanija titħalla titlob lid-depożitorju ċentrali tat-titoli jew lil intermedjarju jew fornitur ta’ servizzi ieħor biex jiġbru l-informazzjoni dwar l-identità tal-azzjonisti, fosthom mill-intermedjarji fil-katina ta’ intermedjarji u biex jittrażmettu l-informazzjoni lill-kumpanija.

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu wkoll li fuq talba tal-kumpanija, jew ta’ parti terza nominata mill-kumpanija, l-intermedjarju jrid jikkomunika lill-kumpanija mingħajr dewmien id-dettalji tal-intermedjarju li jmiss fil-katina ta’ intermedjarji.

Artikolu 3a 4.
Id-data personali tal-azzjonisti għandha tiġi pproċessata skont dan l-Artikolu sabiex il-kumpanija tkun tista’ tidentifika lill-azzjonisti attwali tagħha sabiex tikkomunika magħhom direttament bl-għan li jiġi ffaċilitat l-eżerċitar tad-drittijiet tal-azzjonisti u l-involviment tal-azzjonisti fil-kumpanija.

Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe perjodu itwal ta’ ħażna stabbilit permezz ta’ kwalunkwe att leġiżlattiv tal-Unjoni speċifiku għal ċertu settur, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji u l-intermedjarji ma jaħżnux id-data personali tal-azzjonisti trażmessa lilhom f’konformità ma’ dan l-Artikolu għall-fini speċifikat f’dan l-Artikolu għal aktar minn 12-il xahar wara li jkunu saru jafu li l-persuna kkonċernata ma tkunx għadha azzjonist.

L-Istati Membri jistgħu jipprevedu bil-liġi l-ipproċessar tad-data personali tal-azzjonisti għal skopijiet oħra.

Artikolu 3a 5.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni ġuridiċi jkollhom id-dritt ta’ rettifika ta’ informazzjoni inkompleta jew ineżatta dwar l-identità tal-azzjonisti tagħhom.
Artikolu 3a 6.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li intermedjarju li jiżvela informazzjoni dwar l-identità tal-azzjonisti f’konformità mar-regoli stabbiliti f’dan l-Artikolu ma jitqiesx li qed jikser xi restrizzjoni fuq l-iżvelar ta’ informazzjoni imposta b’kuntratt jew b’kull dispożizzjoni leġiżlattiva, regolatorja jew amministrattiva.
Artikolu 3a 7.
Sal-10 ta’ Ġunju 2019, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (ESMA), stabbilita permezz tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 11 ) informazzjoni dwar jekk għandhomx identifikazzjoni limitata ta’ azzjonisti lil azzjonisti li jkollhom aktar minn ċertu perċentwal tal-ishma jew tad-drittijiet tal-vot f’konformità mal-paragrafu 1 u, jekk iva, il-perċentwal applikabbli. L-ESMA għandha tippubblika dik l-informazzjoni fil-websajt tagħha.
Artikolu 3a 8.
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika r-rekwiżiti minimi għat-trażmissjoni tal-informazzjoni stabbiliti fil-paragrafu 2 fir-rigward tal-format tal-informazzjoni li għandha tiġi trażmessa, il-format tat-talba, inklużi s-sigurtà u l-interoperabilità tagħhom, u l-iskadenzi li jridu jiġu osservati. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati sal-10 ta’ Settembru 2018 f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 14a(2).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32007L0036
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.