|
+Artikolu 3h 2. |
Artikolu 3h 2.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta maniġer tal-assi jinvesti f’isem investitur istituzzjonali, sew jekk fuq bażi diskrezzjonali klijent bi klijent jew permezz ta’ impriża ta’ investiment kollettiv, l-investitur istituzzjonali jiżvela pubblikament l-informazzjoni li ġejja dwar l-arranġament tiegħu mal-maniġer tal-assi:
(a)
kif l-arranġament mal-maniġer tal-assi jinċentivizza lill-maniġer tal-assi biex jallinja l-istrateġija u d-deċiżjonijiet ta’ investiment tiegħu mal-profil u d-durata tal-obbligazzjonijiet tal-investitur istituzzjonali, b’mod partikolari l-obbligazzjonijiet fit-tul;
(b)
kif dak l-arranġament jinċentivizza lill-maniġer tal-assi biex jagħmel deċiżjonijiet ta’ investiment ibbażati fuq valutazzjonijiet dwar prestazzjoni fuq terminu medju sa twil finanzjarja u mhux finanzjarja tal-kumpanija li fiha jsir investiment u biex jinvolvi ruħu ma’ kumpaniji li fihom isir investiment sabiex itejbu l-prestazzjoni tagħhom fuq terminu medju sa twil;
(c)
kif il-metodu u l-medda taż-żmien tal-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-maniġer tal-assi u r-remunerazzjoni għas-servizzi ta’ ġestjoni tal-assi huma konformi mal-profil u d-durata tal-obbligazzjonijiet tal-investitur istituzzjonali, b’mod partikolari l-obbligazzjonijiet fit-tul, u jieħu kont tal-prestazzjoni fit-tul assolut;
(d)
kif dak l-investitur istituzzjonali jimmonitorja l-ispejjeż tat-tranżazzjonijiet fil-portafoll imġarrba mill-maniġer tal-assi u kif jiddefinixxi u jimmonitorja t-tranżazzjonijiet fil-portafoll fil-mira jew il-firxa tat-tranżazzjonijiet;
(e)
id-durata tal-arranġament mal-maniġer tal-assi. Meta l-arranġament mal-maniġer tal-assi ma jkunx fih wieħed jew aktar mit-tali elementi, l-investitur istituzzjonali għandu jagħti spjegazzjoni ċara u motivata għalfejn dan huwa l-każ. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|