+Artikolu 3h Strateġija ta’ investiment ta’ investituri istituzzjonali u arranġamenti ma’ maniġers tal-assi
---+Artikolu 3h 1.
---+Artikolu 3h 2.
---+Artikolu 3h 3.

Artikolu 3h Strateġija ta’ investiment ta’ investituri istituzzjonali u arranġamenti ma’ maniġers tal-assi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 3h 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-investituri istituzzjonali jiżvelaw pubblikament kif l-elementi ewlenin tal-istrateġija tagħhom ta’ investiment ta’ ekwità huma konsistenti mal-profil u d-durata tal-obbligazzjonijiet tagħhom, b’mod partikolari l-obbligazzjonijiet fit-tul, u kif dawn jikkontribwixxu għall-prestazzjoni fuq terminu medju sa twil tal-assi tagħhom.
Artikolu 3h 2.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta maniġer tal-assi jinvesti f’isem investitur istituzzjonali, sew jekk fuq bażi diskrezzjonali klijent bi klijent jew permezz ta’ impriża ta’ investiment kollettiv, l-investitur istituzzjonali jiżvela pubblikament l-informazzjoni li ġejja dwar l-arranġament tiegħu mal-maniġer tal-assi:

(a) 

kif l-arranġament mal-maniġer tal-assi jinċentivizza lill-maniġer tal-assi biex jallinja l-istrateġija u d-deċiżjonijiet ta’ investiment tiegħu mal-profil u d-durata tal-obbligazzjonijiet tal-investitur istituzzjonali, b’mod partikolari l-obbligazzjonijiet fit-tul;

(b) 

kif dak l-arranġament jinċentivizza lill-maniġer tal-assi biex jagħmel deċiżjonijiet ta’ investiment ibbażati fuq valutazzjonijiet dwar prestazzjoni fuq terminu medju sa twil finanzjarja u mhux finanzjarja tal-kumpanija li fiha jsir investiment u biex jinvolvi ruħu ma’ kumpaniji li fihom isir investiment sabiex itejbu l-prestazzjoni tagħhom fuq terminu medju sa twil;

(c) 

kif il-metodu u l-medda taż-żmien tal-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-maniġer tal-assi u r-remunerazzjoni għas-servizzi ta’ ġestjoni tal-assi huma konformi mal-profil u d-durata tal-obbligazzjonijiet tal-investitur istituzzjonali, b’mod partikolari l-obbligazzjonijiet fit-tul, u jieħu kont tal-prestazzjoni fit-tul assolut;

(d) 

kif dak l-investitur istituzzjonali jimmonitorja l-ispejjeż tat-tranżazzjonijiet fil-portafoll imġarrba mill-maniġer tal-assi u kif jiddefinixxi u jimmonitorja t-tranżazzjonijiet fil-portafoll fil-mira jew il-firxa tat-tranżazzjonijiet;

(e) 

id-durata tal-arranġament mal-maniġer tal-assi.

Meta l-arranġament mal-maniġer tal-assi ma jkunx fih wieħed jew aktar mit-tali elementi, l-investitur istituzzjonali għandu jagħti spjegazzjoni ċara u motivata għalfejn dan huwa l-każ.

Artikolu 3h 3.
L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu għandha tkun disponibbli, bla ħlas, fil-websajt tal-investitur istituzzjonali u għandha tiġi aġġornata kull sena sakemm ma jkunx hemm bidla materjali. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li dik l-informazzjoni tkun disponibbli, bla ħlas, b’mezzi oħra li jkunu faċilment aċċessibbli online.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-investituri istituzzjonali rregolati bid-Direttiva 2009/138/KE jitħallew jinkludu din l-informazzjoni fir-rapport tagħhom dwar is-solvenza u l-qagħda finanzjarja msemmi fl-Artikolu 51 ta’ dik id-Direttiva.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32007L0036
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.