+Artikolu 3j 2.

Artikolu 3j 2.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sabiex jinformaw b’mod adegwat lill-klijenti tagħhom dwar l-eżattezza u l-affidabbiltà tal-attivitajiet tagħhom, il-konsulenti f’materji relatati mal-vot jiżvelaw pubblikament fuq bażi annwali tal-anqas l-informazzjoni kollha li ġejja fir-rigward tat-tħejjija tar-riċerka, il-pariri u r-rakkomandazzjonijiet tal-vot tagħhom:

(a) 

il-karatteristiċi essenzjali tal-metodoloġiji u l-mudelli li japplikaw;

(b) 

is-sorsi ewlenin ta’ informazzjoni li jużaw;

(c) 

il-proċeduri mqiegħda fis-seħħ biex tiġi żgurata l-kwalità tar-riċerka, il-pariri u r-rakkomandazzjonijiet tal-vot u l-kwalifiki tal-persunal involut;

(d) 

jekk iqisux il-kundizzjonijiet nazzjonali tas-suq, legali, regolatorji u speċifiċi għall-kumpaniji u, jekk iva, kif;

(e) 

il-karatteristiċi essenzjali tal-politiki tal-votazzjoni li japplikaw għal kull suq;

(f) 

jekk ikollhomx djalogi mal-kumpaniji li huma l-oġġett tar-rakkomandazzjonijiet tar-riċerka, tal-pariri jew tal-vot tagħhom u mal-azzjonisti tal-kumpanija, u, jekk iva, l-estent u n-natura tagħhom;

(g) 

il-politika dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni ta’ kunflitti ta’ interess potenzjali.

L-informazzjoni msemmija f’dan il-paragrafu għandha ssir pubblikament disponibbli fis-siti web tal-konsulenti f’materji relatati mal-vot u għandha tibqa’ disponibbli bla ħlas għal mill-inqas tliet snin mid-data tal-pubblikazzjoni. L-informazzjoni m’għandhiex għalfejn tiġi żvelata separatament meta hija tkun disponibbli bħala parti mill-iżvelar skont il-paragrafu 1.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32007L0036
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.