+Artikolu 6 Id-dritt li wieħed ipoġġi punti fuq l-aġenda tal-laqgħa ġenerali u li jressaq abbozzi ta’ riżoluzzjonijiet
---+Artikolu 6 1.
---+Artikolu 6 2.
---+Artikolu 6 3.
---+Artikolu 6 4.

Artikolu 6 Id-dritt li wieħed ipoġġi punti fuq l-aġenda tal-laqgħa ġenerali u li jressaq abbozzi ta’ riżoluzzjonijiet

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 6 1.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-azzjonisti, filwaqt li jaġixxu individwalment jew kollettivament:

(a) 

jkollhom id-dritt li jpoġġu punti fuq l-aġenda tal-laqgħa ġenerali sakemm kull punt bħal dan ikun akkumpanjat b’ġustifikazzjoni jew abbozz ta’ riżoluzzjoni għal adozzjoni fil-laqgħa ġenerali; u

(b) 

jkollhom id-dritt li jressqu abbozzi ta’ riżoluzzjonijiet għal punti inklużi jew li għandhom jiġu inklużi fuq l-aġenda tal-laqgħa ġenerali.

L-Istati Membri jistgħu jiddisponu biex id-dritt imsemmi fil-punt (a) jkun jista’ jiġi eżerċitat biss fir-rigward tal-laqgħa ġenerali annwali, sakemm l-azzjonisti, filwaqt li jaġixxu individwalment jew kollettivament, ikollhom id-dritt li jsejħu, jew li jeħtieġu li l-kumpannija ssejjaħ, laqgħa ġenerali li mhijiex laqgħa ġenerali annwali b’aġenda li tinkludi ta’ l-anqas il-punti kollha mitluba minn dawk l-azzjonisti.

L-Istati Membri jistgħu jiddisponu biex dawk id-drittijiet jiġu eżerċitati bil-miktub (ippreżentati bis-servizzi postali jew permezz ta’ mezzi elettroniċi).

Artikolu 6 2.
Fejn kwalunkwe wieħed mid-drittijiet speċifikati fil-paragrafu 1 ikun suġġett għall-kondizzjoni li l-azzjonist jew azzjonisti rilevanti jkun(u) detentur(i) ta’ ammont minimu ta’ kapital azzjonarju fil-kumpannija, dak l-ammont minimu ma għandux ikun aktar min 5 % tal-kapital azzjonarju.
Artikolu 6 3.
Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi data ta’ skadenza waħda, b’referenza għal numru speċifiku ta’ ġranet qabel il-laqgħa ġenerali jew is-sejħa, sa meta l-azzjonisti jistgħu jeżerċitaw id-dritt imsemmi fil-paragrafu 1, punt (a). Bl-istess mod, kull Stat Membru jista’ jistabbilixxi skadenza għall-eżerċizzju tad-dritt imsemmi fil-paragrafu 1, punt (b).
Artikolu 6 4.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn l-eżerċizzju tad-dritt imsemmi fil-paragrafu 1, punt (a) jinvolvi modifika ta’ l-aġenda għal-laqgħa ġenerali li tkun diġà ġiet notifikata lill-azzjonisti, il-kumpannija għandha tippubblika bl-istess mod bħall-aġenda ta’ qabel, aġenda riveduta, qabel id-data ta’ reġistrazzjoni kif definita fl-Artikolu 7(2), jew, jekk ma hemm l-ebda data ta’ reġistrazzjoni, biżżejjed żmien qabel id-data tal-laqgħa ġenerali sabiex tippermetti lil azzjonisti oħra li jaħtru prokuratur jew, fejn applikabbli, biex jivvotaw permezz ta’ korrispondenza.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32007L0036
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.