|
+Artikolu 6 1. |
Artikolu 6 1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-azzjonisti, filwaqt li jaġixxu individwalment jew kollettivament:
(a)
jkollhom id-dritt li jpoġġu punti fuq l-aġenda tal-laqgħa ġenerali sakemm kull punt bħal dan ikun akkumpanjat b’ġustifikazzjoni jew abbozz ta’ riżoluzzjoni għal adozzjoni fil-laqgħa ġenerali; u
(b)
jkollhom id-dritt li jressqu abbozzi ta’ riżoluzzjonijiet għal punti inklużi jew li għandhom jiġu inklużi fuq l-aġenda tal-laqgħa ġenerali. L-Istati Membri jistgħu jiddisponu biex id-dritt imsemmi fil-punt (a) jkun jista’ jiġi eżerċitat biss fir-rigward tal-laqgħa ġenerali annwali, sakemm l-azzjonisti, filwaqt li jaġixxu individwalment jew kollettivament, ikollhom id-dritt li jsejħu, jew li jeħtieġu li l-kumpannija ssejjaħ, laqgħa ġenerali li mhijiex laqgħa ġenerali annwali b’aġenda li tinkludi ta’ l-anqas il-punti kollha mitluba minn dawk l-azzjonisti. L-Istati Membri jistgħu jiddisponu biex dawk id-drittijiet jiġu eżerċitati bil-miktub (ippreżentati bis-servizzi postali jew permezz ta’ mezzi elettroniċi). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|