+Artikolu 9a 6.

Artikolu 9a 6.

Il-politika ta’ remunerazzjoni għandha tikkontribwixxi għall-istrateġija kummerċjali tal-kumpanija u għall-interessi u s-sostenibbiltà fit-tul tal-kumpanija u għandha tispjega kif tagħmel dan. Hija għandha tkun ċara u intelliġibbli u tiddeskrivi l-komponenti differenti tar-remunerazzjoni fissa u varjabbli, inklużi l-bonusijiet u l-benefiċċji l-oħra kollha, f’kull forma, li jistgħu jingħataw lid-diretturi u tindika l-proporzjon relattiv tagħhom.

Il-politika ta’ remunerazzjoni għandha tispjega kif il-paga u l-kundizzjonijiet tal-impjieg tal-impjegati tal-kumpanija kienu kkunsidrati meta ġiet stabbilita l-politika ta’ remunerazzjoni.

Meta kumpanija tagħti remunerazzjoni varjabbli, il-politika ta’ remunerazzjoni għandha tistabbilixxi kriterji ċari, komprensivi u varjati għall-għoti tar-remunerazzjoni varjabbli. Hija għandha tindika l-kriterji tal-prestazzjoni finanzjarja u mhux finanzjarja inklużi, meta jkun xieraq, kriterji marbuta mar-responsabbiltà soċjali korporattiva, u tispjega kif dawn jikkontribwixxu għall-objettivi stabbiliti fl-ewwel subparagrafu, u l-metodi li għandhom jiġu applikati biex jiddeterminaw sa liema punt il-kriterji ta’ prestazzjoni twettqu. Hija għandha tispeċifika l-informazzjoni dwar kwalunkwe perjodu ta’ differiment u dwar il-possibbiltà għall-kumpanija li terġa’ tieħu lura r-remunerazzjoni varjabbli.

Meta kumpanija tagħti remunerazzjoni bbażata fuq l-ishma, il-politika għandha tispeċifika l-perjodi ta’ akkwiżizzjoni u, meta applikabbli, iż-żamma tal-ishma wara l-akkwiżizzjoni, u għandha tispjega kif ir-remunerazzjoni bbażata fuq l-ishma tikkontribwixxi għall-objettivi stabbiliti fl-ewwel subparagrafu.

Il-politika ta’ remunerazzjoni għandha tindika d-durata tal-kuntratti jew l-arranġamenti mad-diretturi u l-perjodi ta’ notifika applikabbli, il-karatteristiċi ewlenin ta’ pensjoni supplementari jew skemi ta’ rtirar bikri u t-termini tat-terminazzjoni u l-pagamenti marbuta mat-terminazzjoni.

Il-politika ta’ remunerazzjoni għandha tispjega l-proċess ta’ teħid tad-deċiżjonijiet segwita għad-determinazzjoni, ir-rieżami u l-implimentazzjoni tagħha, inklużi miżuri biex jiġu evitati jew ġestiti kunflitti ta’ interess u, meta jkun applikabbli, ir-rwol tal-kumitat tar-remunerazzjoni jew ta’ kumitati kkonċernati oħra. Fil-każ ta’ reviżjoni tal-politika, hija għandha tiddeskrivi u tispjega l-bidliet sinifikanti kollha u kif din tqis il-voti u l-fehmiet tal-azzjonisti dwar il-politika u r-rapporti mill-aktarvotazzjoni reċenti dwar il-politika ta’ remunerazzjoni fil-laqgħa ġenerali tal-azzjonisti.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32007L0036
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.