|
+Artikolu 9c 1. |
Artikolu 9c 1.L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu tranżazzjonijiet materjali għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu filwaqt li jitqiesu:
(a)
l-influwenza li l-informazzjoni dwar it-tranżazzjoni jista’ jkollha fuq id-deċiżjonijiet ekonomiċi tal-azzjonisti tal-kumpanija;
(b)
ir-riskju li t-tranżazzjoni toħloq għall-kumpanija u l-azzjonisti tagħha li ma jkunux parti relatata, inklużi l-azzjonisti minoritarji. Meta jiddefinixxu t-tranżazzjonijiet materjali l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu proporzjon kwantitattiv wieħed jew aktar ibbażat fuq l-impatt tat-tranżazzjoni fuq il-qagħda finanzjarja, id-dħul, l-assi, il-kapitalizzazzjoni, inkluża l-ekwità, jew it-tranżazzjonijiet tal-kumpanija jew iqisu n-natura tat-tranżazzjoni u l-qagħda tal-parti relatata. L-Istati Membri jistgħu jadottaw definizzjonijiet differenti tal-materjalità għall-applikazzjoni tal-paragrafu 4 pjuttost milli għall-applikazzjoni tal-paragrafi 2 u 3 u jistgħu jiddifferenzjaw id-definizzjonijiet skont id-daqs tal-kumpanija. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|