+Artikolu 9c Trasparenza u approvazzjoni ta’ tranżazzjonijiet ma’ partijiet relatati
---+Artikolu 9c 1.
---+Artikolu 9c 2.
---+Artikolu 9c 3.
---+Artikolu 9c 4.
---+Artikolu 9c 5.
---+Artikolu 9c 6.
---+Artikolu 9c 7.
---+Artikolu 9c 8.
---+Artikolu 9c 9.
|
Artikolu 9c Trasparenza u approvazzjoni ta’ tranżazzjonijiet ma’ partijiet relatati
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 9c 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu tranżazzjonijiet materjali għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu filwaqt li jitqiesu:
(a)
l-influwenza li l-informazzjoni dwar it-tranżazzjoni jista’ jkollha fuq id-deċiżjonijiet ekonomiċi tal-azzjonisti tal-kumpanija;
(b)
ir-riskju li t-tranżazzjoni toħloq għall-kumpanija u l-azzjonisti tagħha li ma jkunux parti relatata, inklużi l-azzjonisti minoritarji.
Meta jiddefinixxu t-tranżazzjonijiet materjali l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu proporzjon kwantitattiv wieħed jew aktar ibbażat fuq l-impatt tat-tranżazzjoni fuq il-qagħda finanzjarja, id-dħul, l-assi, il-kapitalizzazzjoni, inkluża l-ekwità, jew it-tranżazzjonijiet tal-kumpanija jew iqisu n-natura tat-tranżazzjoni u l-qagħda tal-parti relatata. L-Istati Membri jistgħu jadottaw definizzjonijiet differenti tal-materjalità għall-applikazzjoni tal-paragrafu 4 pjuttost milli għall-applikazzjoni tal-paragrafi 2 u 3 u jistgħu jiddifferenzjaw id-definizzjonijiet skont id-daqs tal-kumpanija.
|
|
Artikolu 9c 2.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji jħabbru pubblikament tranżazzjonijiet materjali ma’ partijiet relatati sa mhux aktar tard fil-ħin tal-konklużjoni tat-tranżazzjoni. It-tħabbira għandu jkun fiha tal-anqas informazzjoni dwar in-natura tar-relazzjoni mal-parti relatata, l-isem tal-parti relatata, id-data u l-valur tat-tranżazzjoni u kull informazzjoni oħra meħtieġa biex jiġi vvalutat jekk it-tranżazzjoni hijiex ġusta u raġonevoli mill-perspettiva tal-kumpanija u tal-azzjonisti li mhumiex parti relatata, inklużi l-azzjonisti minoritarji.
|
|
Artikolu 9c 3.
|
L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li t-tħabbira pubblika msemmija fil-paragrafu 2 tkun akkumpanjata b’rapport li jivvaluta jekk it-tranżazzjoni hijiex ġusta u raġonevoli jew le mill-perspettiva tal-kumpanija u tal-azzjonisti li mhumiex parti relatata, inklużi l-azzjonisti minoritarji, u li jispjega s-suppożizzjonijiet li huwa bbażat fuqhom flimkien mal-metodi użati. Ir-rapport għandu jitfassal minn wieħed minn dawn li ġejjin:
(a)
parti terza indipendenti;
(b)
il-korp amministrattiv jew superviżorju tal-kumpanija;
(c)
il-kumitat tal-awditjar jew kwalunkwe kumitat li fil-maġġoranza tiegħu jkun magħmul minn diretturi indipendenti.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-partijiet relatati ma jiħdux sehem fit-tħejjija tar-rapport.
|
|
Artikolu 9c 4.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tranżazzjonijiet materjali ma’ partijiet relatati jkunu approvati mil-laqgħa ġenerali jew mill-korp amministrattiv jew superviżorju tal-kumpanija skont proċeduri li jipprevjenu l-parti relatata milli tieħu vantaġġ mill-pożizzjoni tagħha u jipprovdu protezzjoni adegwata għall-interessi tal-kumpanija u tal-azzjonisti li mhumiex parti relatata, inklużi l-azzjonisti minoritarji. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-azzjonisti fil-laqgħa ġenerali jkollhom id-dritt li jivvutaw dwar tranżazzjonijiet materjali ma’ partijiet relatati li jkunu ġew approvati mill-korp amministrattiv jew superviżorju tal-kumpanija. Meta t-tranżazzjoni ma’ parti relatata tinvolvi direttur jew azzjonist, id-direttur jew l-azzjonist m’għandux jipparteċipa fl-approvazzjoni jew fil-votazzjoni. L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-azzjonist li jkun parti relatata jieħu sehem fil-votazzjoni sakemm il-liġi nazzjonali tiżgura salvagwardji adegwati li japplikaw qabel jew matul il-proċess tal-votazzjoni biex jitħarsu l-interessi tal-kumpanija u tal-azzjonisti li ma jkunux parti relatata, inklużi l-azzjonisti minoritarji, billi l-parti relatata ma titħalliex tapprova t-tranżazzjoni minkejja l-opinjoni kuntrarja tal-maġġoranza tal-azzjonisti li ma jkunux parti relatata jew minkejja l-opinjoni kuntrarja tal-maġġaronza tad-diretturi indipendenti.
|
|
Artikolu 9c 5.
|
Il-paragrafi 2, 3 u 4 m’għandhomx japplikaw għal tranżazzjonijiet mibdija fil-perkors normali tan-negozju u konklużi b’termini normali tas-suq. Għal tali tranżazzjonijiet, il-korp amministrattiv jew superviżorju tal-kumpanija għandu jistabbilixxi proċedura interna biex jivvaluta perjodikament jekk dawn il-kundizzjonijiet humiex issodisfati. Il-partijiet relatati m’għandhomx jieħdu sehem f’dik il-valutazzjoni. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-kumpaniji japplikaw ir-rekwiżiti fil-paragrafi 2, 3 jew 4 għal tranżazzjonijiet mibdija fil-perkors normali tan-negozju u konklużi b’termini normali tas-suq.
|
|
Artikolu 9c 6.
|
L-Istati Membri jistgħu jeskludu, jew jistgħu jippermettu lil kumpaniji jeskludu, mir-rekwiżiti fil-paragrafi 2, 3 u 4:
(a)
tranżazzjonijiet mibdija bejn il-kumpanija u s-sussidjarji tagħha sakemm dawn ikunu totalment proprjetà tagħha jew li l-ebda parti relatata oħra tal-kumpanija ma jkollha interess fl-impriża sussidjarja jew sakemm il-liġi nazzjonali tipprevedi protezzjoni adegwata tal-interessi tal-kumpanija, tas-sussidjarja u tal-azzjonisti tagħhom li ma jkunux parti relatata, inklużi l-azzjonisti minoritarji f’tali tranżazzjonijiet;
(b)
tipi ta’ tranżazzjonijiet definiti b’mod ċar li għalihom il-liġi nazzjonali tirrikjedi l-approvazzjoni mil-laqgħa ġenerali, sakemm l-azzjonisti kollha jiġu ttrattati b’mod ġust u l-interessi tal-kumpanija u tal-azzjonisti li ma jkunux parti relatata, inklużi l-azzjonisti minoritarji, jiġu indirizzati b’mod speċifiku u jiġu protetti b’mod adegwat f’tali dispożizzjonijiet tal-liġi;
(c)
tranżazzjonijiet li jirrigwardaw ir-remunerazzjoni tad-diretturi, jew ċerti elementi tar-remunerazzjoni tad-diretturi, mogħtija jew dovuta f’konformitàmal-Artikolu 9a;
(d)
tranżazzjonijiet mibdija minn istituzzjonijiet tal-kreditu abbażi ta’ miżuri, bl-għan li jissalvagwardjaw l-istabbiltà tagħhom, adottati mill-awtorità kompetenti inkarigata mis-superviżjoni prudenzjali fis-sens tal-liġi tal-Unjoni;
(e)
tranżazzjonijiet offruti lill-azzjonisti kollha bl-istess termini fejn it-trattament ugwali tal-azzjonisti kollha u l-protezzjoni tal-interessi tal-kumpanija jkunu żgurati.
|
|
Artikolu 9c 7.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji jħabbru pubblikament tranżazzjonijiet materjali konklużi bejn il-parti relatata tal-kumpanija u s-sussidjarja ta’ dik il-kumpanija. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu wkoll li t-tħabbira tkun akkumpanjata b’rapport li jivvaluta jekk it-tranżazzjoni hijiex ġusta u raġonevoli jew le mill-perspettiva tal-kumpanija u tal-azzjonisti li mhumiex parti relatata, inklużi l-azzjonisti minoritarji, u li jispjega s-suppożizzjonijiet li huwa bbażat fuqhom flimkien mal-metodi użati. L-eżenzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 5 u 6 għandhom japplikaw ukoll għat-tranżazzjonijiet speċifikati f’dan il-paragrafu.
|
|
Artikolu 9c 8.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tranżazzjonijiet mal-istess parti relatata li ġew konklużi fi kwalunkwe perjodu ta’ 12-il xahar jew fl-istess sena finanzjarja u li ma kinux soġġetti għall-obbligi elenkati fil-paragrafi 2, 3 jew 4 jiġu aggregati għall-iskopijiet ta’ dawk il-paragrafi.
|
|
Artikolu 9c 9.
|
Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar l-iżvelar pubbliku ta’ informazzjoni privileġġata kif imsemmi fl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
16
).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32007L0036
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|