|
+Artikolu 14c 1. |
Artikolu 14c 1.Sal-10 ta’ Jannar 2030, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jippubblikaw kwalunkwe informazzjoni msemmija fl-Artikolu 3g(1), l-Artikolu 3h(1) u (2), l-Artikolu 3j(1) u (2) l-Artikolu 9a(7), l-Artikolu 9b(5), l-Artikolu 9c(2) u (7), u l-Artikolu 14(2) ta’ din id-Direttiva, l-investituri istituzzjonali, il-maniġers tal-assi, il-konsulenti delegati u l-kumpaniji jissottomettu dik l-informazzjoni fl-istess ħin lill-korp tal-ġbir imsemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għall-fini li jagħmluha aċċessibbli fuq il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew (ESAP) stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2023/2859 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
19
). L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3) tar-Regolament (UE) 2023/2859, jew fejn meħtieġ mil-liġi tal-Unjoni, f’format li jinqara mill-magni, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (4), ta’ dak ir-Regolament;
(b)
tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:
(i)
l-ismijiet kollha tal-investitur istituzzjonali, tal-maniġer tal-assi, u tal-konsulent delegat jew tal-kumpanija li magħhom hija relatata l-informazzjoni;
(ii)
l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-investitur istituzzjonali, tal-maniġer tal-assi, tal-konsulent delegat jew tal-kumpanija, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2023/2859;
(iii)
id-daqs skont il-kategorija tal-investitur istituzzjonali, tal-maniġer tal-assi, tal-konsulent delegat jew tal-kumpanija, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (d), ta’ dak ir-Regolament;
(iv)
is-settur(i) industrijali tal-attivitajiet ekonomiċi tal-kumpanija, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (e), ta’ dak ir-Regolament;
(v)
it-tip ta’ informazzjoni kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament;
(vi)
indikazzjoni dwar jekk l-informazzjoni tkunx fiha data personali. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|