+Artikolu 2 Definizzjonijiet
---+Artikolu 2 1.
---+Artikolu 2 2.
|
Artikolu 2 Definizzjonijiet
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 2 1.
|
Għall-għan ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a)
“strument finanzjarju” tfisser strument elenkat fit-Taqsima C tal-Anness I tad-Direttiva 2004/39/KE;
(b)
“bejgħ bin-nieqes” b’rabta ma’ sehem jew strument ta’ dejn tfisser kwalunkwe bejgħ tas-sehem jew l-istrument ta’ dejn li bejjiegħ ma jkollux is-sjieda tiegħu fil-waqt tad-dħul fil-ftehim ta’ bejgħ, inkluż bejgħa fejn fil-waqt tad-dħul fil-ftehim ta’ bejgħ il-bejjiegħ ikun issellef jew ftiehem li jissellef is-sehem jew l-istrument ta’ dejn għall-konsenja fis-salduli ma jinkludix:
(i)
bejgħa minn kwalunkwe parti taħt ftehim ta’ riakkwist fejn parti qablet li tbigħ lill-oħra titolu għal prezz speċifikat b’impenn mill-parti l-oħra li tbigħ it-titolu lura f’data aktar tard għal prezz speċifikat ieħor,
(ii)
trasferiment ta’ titoli fil-kwadru ta’ ftehim ta’ self ta’ titoli, jew
(iii)
id-dħul f’kuntratt ta’ futuri jew kuntratt ta’ derivattiv ieħor fejn huwa maqbul li jinbigħu t-titoli għal prezz speċifikat f’data futura;
(c)
“swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu” tfisser kuntratt ta’ derivat fejn parti waħda tħallas miżata lil parti oħra għal ħlas jew benefiċċju ieħor fil-każ ta’ avveniment ta’ kreditu li għandu x’jaqsam ma’ entità referenzjarja u ta’ kwalunkwe inadempjenza oħra, relatata ma’ dak il-kuntratt ta’ derivati, li jkollu effett ekonomiku simili;
(d)
“emittent sovran” ifisser kwalunkwe minn dawn li ġejjin li joħroġ strumenti ta’ dejn:
(ii)
Stat Membru, inkluż dipartiment tal-gvern, aġenzija jew vettura bi skop speċjali tal-Istat Membru;
(iii)
f’każ ta’ Stat Membru federali, il-membri tal-federazzjoni;
(iv)
vettura bi skop speċjali għal diversi Stati Membri;
(v)
istituzzjoni finanzjarja internazzjonali stabbilita minn żewġ Stati Membri jew aktar li jkollha l-fini li timmobilizza l-iffinanzjar u tagħti assistenza finanzjarja għall-benefiċċju tal-membri tagħha li jkunu għaddejjin jew mheddin minn problemi finanzjarji severi, jew
(vi)
il-Bank Ewropew tal-Investiment;
(e)
“swap ta’ inadempjenza tal-kreditu sovran” tfisser swap ta’ inadempjenza tal-kreditu fejn ħlas jew benefiċċju ieħor jitħallas f’każ ta’ avveniment ta’ kreditu jew inadempjenza marbut ma’ emittent sovran;
(f)
“dejn sovran” ifisser strument ta’ dejn maħruġ minn emittent sovran;
(g)
“dejn sovran maħruġ” ifisser it-total tad-dejn sovran maħruġ minn emittenti sovran li ma ġiex mifdi;
(h)
“kapital azzjonarju maħruġ” fir-rigward ta’ kumpanija, tfisser it-total ta’ ishma ordinarji u kwalunkwe sehem preferut maħruġ mill-kumpanija imma ma jinkludix titoli ta’ dejn trasferibbli;
(i)
“Stat Membru ta’ domiċilju” tfisser:
(i)
b’rabta ma’ ditta ta’ investiment fit-tifsira tal-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE jew ma’ suq regolat fit-tifsira tal-punt (14) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE, l-Istat Membru ta’ domiċilju fit-tifsira tal-punt 20 tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE;
(ii)
b’relazzjoni ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, l-Istat Membru ta’ domiċilju fit-tifsira tal-punt 7 tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Europew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-eżerċizzju tagħhom (
1
);
(iii)
b’rabta ma’ kwalunkwe persuna ġuridika mhux imsemmija fil-punti (i) jew (ii), l-Istat Membru li fih jinsab l-uffiċċju reġistrat tagħha jew jekk ma għandhiex uffiċċju reġistrat l-Istat Membru li fih jinsab l-uffiċċju prinċipali tagħha;
(iv)
b’rabta ma’ persuna fiżika l-Istat Membru li fih jinsab l-uffiċċju prinċipali ta’ dik il-persuna, jew, jekk ma jkunx hemm uffiċċju prinċipali, l-Istat Membru li fih hija domiċiljata dik il-persuna;
(j)
“awtorità kompetenti rilevanti” tfisser:
(i)
b’rabta mad-dejn sovran ta’ Stat Membru, jew, fil-każ ta’ Stat Membru federali, rigward dejn sovran ta’ membru tal-federazzjoni jew swap ta’ inadempjenza tal-kreditu li għandu x’jaqsam ma’ Stat Membru jew membru ta’ federazzjoni, l-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru;
(ii)
b’rabta mad-dejn sovran tal-Unjoni jew swap ta’ inadempjenza tal-kreditu li għandu x’jaqsam mal-Unjoni, l-awtorità kompetenti tal-ġurisdizzjoni li fiha jinsab id-dipartiment li joħroġ id-dejn;
(iii)
b’rabta mad-dejn sovran ta’ diversi Stati Membri li jaġixxu permezz ta’ vettura bi skop speċjali jew swap ta’ inadempjenza tal-kreditu li għandu x’jaqsam ma’ tali vettura bi skop speċjali, l-awtorità kompetenti tal-ġuriżdizzjoni li fiha hija stabbilita l-vettura bi skop speċjali;
(iv)
b’rabta mad-dejn sovran ta’ istituzzjoni finanzjarja internazzjonali stabbilita minn żewġ Stati Membri jew aktar li jkollha l-fini li timmobilizza l-iffinanzjar u tagħti assistenza finanzjarja għall-benefiċċju tal-membri tagħha li jkunu għaddejjin jew mheddin minn problemi finanzjarji severi, l-awtorità kompetenti tal-ġuriżdizzjoni fejn tkun stabbilitia l-istituzzjoni finanzjarja internazzjonali;
(v)
b’rabta ma’ strument finanzjarju ieħor għajr strument imemmi fil-punt (i) sa (iv), l-awtorità kompetenti għal dak l-istrument finanzjarju kif iddefinita fil-punt (7) tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1287/2006 (
2
) u ddeterminat skont il-Kapitolu III ta’ dak ir-Regolament;
(vi)
b’rabta ma’ strument finanzjarju li mhuwiex kopert skont il-punti (i) sa (v), l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih l-istrument finanzjarju kien ammess għall-ewwel darba għan-negozjar f’ċentru għan-negozjar;
(vii)
b’rabta ma’ strument ta’ dejn maħruġ mill-Bank Ewropew tal-Investiment, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih jinsab il-Bank Ewropew tal-Investiment;
(k)
“attivitajiet ta’ ġenerazzjoni tas-suq” tfisser l-attivitajiet ta’ ditta ta’ investiment, istituzzjoni ta’ kreditu, entità ta’ pajjiż terz, jew ditta kif imsemmi fil-punt (1) tal-Artikoul 2(1) tad-Direttiva 2004/39/KE, li tkun membru ta’ ċentru tan-negozjar jew ta’ suq f’pajjiż terz li l-qafas legali u superviżorju tiegħu jkun ġie ddikjarat bħala ekwivalenti mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(2) meta tinnegozja bħala prinċipal fi strument finanzjarju, kemm jekk innegozjata fiċ-ċentru tan-negozjar jew barra, fi kwalunkwe waħda minn dawn il-kapaċitajiet:
(i)
billi ddaħħal kwoti fuq żewġ binarji, sodi u simultanji, ta’ daqs komparabbli u bi prezzijiet kompetittivi, bir-riżultat li tiġi pprovduta likwidità fuq bażi regolari u kontinwa lis-suq;
(ii)
bħala parti mill-operat normali tagħha, billi tissodisfa ordnijiet mibdija minn klijenti jew b’rispons għat-talbiet tal-klijenti għan-negozjar;
(iii)
billi tiħħeġġja pożizzjonijiet li jirriżultaw mit-twettiq tal-kompiti taħt punti (i) u (ii);
(l)
“ċentru tan-negozjar” tfisser suq regolat fit-tifsira tal-punt (14) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE, jew faċilità tan-negozjar multilaterali fit-tifsira tal-punt (15) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE;
(m)
“ċentru prinċipali” fir-rigward ta’ sehem tfisser iċ-ċentru tan-negozjar ta’ dak is-sehem bl-ogħla fatturat;
(n)
“negozjant primarju awtorizzat” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tkun iffirmat ftehim ma’ emittent sovran jew li għandha rikonoxximent formali bħala negozjant primarju mingħand jew f’isem emittent sovran u li, skont dak il-ftehim jew rikonoxximent, tikkommetti ruħa li tinnegozja bħala prinċipal b’konnessjoni ma’ operazzjonijiet primarji u sekondarji tas-suq li għandhom x’jaqsmu ma’ dejn maħruġ minn dak l-emittent;
(o)
“kontroparti ċentrali” tfisser entità ġuridika li tinterponi lilha nnifisha bejn il-kontropartijiet għall-kuntratti nnegozjati f’suq finanzjarju wieħed jew aktar, u ssir ix-xerrej għal kull bejjiegħ u l-bejjiegħ għal kull xerrej u li hija responsabbli għall-operazzjoni ta’ sistema tal-ikklerjar (clearing);
(p)
“jum ta’ negozju” jfisser jum ta’ negozju kif iddefinit fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1287/2006;
(q)
“fatturat” ta’ sehem tfisser fatturat skont it-tifsira fil-punt (9) tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1287/2006.
|
|
Artikolu 2 2.
|
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 42 li jispeċifikaw id-definizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, u partikolarment jispeċifikaw meta persuna fiżika jew ġuridika titqies li jkollha s-sjieda ta’ strument finanzjarji għall-finijiet tad-definizzjoni ta’ bejgħ bin-nieqes fil-punt (b) tal-paragrafu 1.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32012R0236
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|