|
+Artikolu 2 1. |
Artikolu 2 1.Għall-għan ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a)
“strument finanzjarju” tfisser strument elenkat fit-Taqsima C tal-Anness I tad-Direttiva 2004/39/KE;
(b)
“bejgħ bin-nieqes” b’rabta ma’ sehem jew strument ta’ dejn tfisser kwalunkwe bejgħ tas-sehem jew l-istrument ta’ dejn li bejjiegħ ma jkollux is-sjieda tiegħu fil-waqt tad-dħul fil-ftehim ta’ bejgħ, inkluż bejgħa fejn fil-waqt tad-dħul fil-ftehim ta’ bejgħ il-bejjiegħ ikun issellef jew ftiehem li jissellef is-sehem jew l-istrument ta’ dejn għall-konsenja fis-salduli ma jinkludix:
(i)
bejgħa minn kwalunkwe parti taħt ftehim ta’ riakkwist fejn parti qablet li tbigħ lill-oħra titolu għal prezz speċifikat b’impenn mill-parti l-oħra li tbigħ it-titolu lura f’data aktar tard għal prezz speċifikat ieħor,
(ii)
trasferiment ta’ titoli fil-kwadru ta’ ftehim ta’ self ta’ titoli, jew
(iii)
id-dħul f’kuntratt ta’ futuri jew kuntratt ta’ derivattiv ieħor fejn huwa maqbul li jinbigħu t-titoli għal prezz speċifikat f’data futura;
(c)
“swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu” tfisser kuntratt ta’ derivat fejn parti waħda tħallas miżata lil parti oħra għal ħlas jew benefiċċju ieħor fil-każ ta’ avveniment ta’ kreditu li għandu x’jaqsam ma’ entità referenzjarja u ta’ kwalunkwe inadempjenza oħra, relatata ma’ dak il-kuntratt ta’ derivati, li jkollu effett ekonomiku simili;
(d)
“emittent sovran” ifisser kwalunkwe minn dawn li ġejjin li joħroġ strumenti ta’ dejn:
(i)
l-Unjoni;
(ii)
Stat Membru, inkluż dipartiment tal-gvern, aġenzija jew vettura bi skop speċjali tal-Istat Membru;
(iii)
f’każ ta’ Stat Membru federali, il-membri tal-federazzjoni;
(iv)
vettura bi skop speċjali għal diversi Stati Membri;
(v)
istituzzjoni finanzjarja internazzjonali stabbilita minn żewġ Stati Membri jew aktar li jkollha l-fini li timmobilizza l-iffinanzjar u tagħti assistenza finanzjarja għall-benefiċċju tal-membri tagħha li jkunu għaddejjin jew mheddin minn problemi finanzjarji severi, jew
(vi)
il-Bank Ewropew tal-Investiment;
(e)
“swap ta’ inadempjenza tal-kreditu sovran” tfisser swap ta’ inadempjenza tal-kreditu fejn ħlas jew benefiċċju ieħor jitħallas f’każ ta’ avveniment ta’ kreditu jew inadempjenza marbut ma’ emittent sovran;
(f)
“dejn sovran” ifisser strument ta’ dejn maħruġ minn emittent sovran;
(g)
“dejn sovran maħruġ” ifisser it-total tad-dejn sovran maħruġ minn emittenti sovran li ma ġiex mifdi;
(h)
“kapital azzjonarju maħruġ” fir-rigward ta’ kumpanija, tfisser it-total ta’ ishma ordinarji u kwalunkwe sehem preferut maħruġ mill-kumpanija imma ma jinkludix titoli ta’ dejn trasferibbli;
(i)
“Stat Membru ta’ domiċilju” tfisser:
(i)
b’rabta ma’ ditta ta’ investiment fit-tifsira tal-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE jew ma’ suq regolat fit-tifsira tal-punt (14) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE, l-Istat Membru ta’ domiċilju fit-tifsira tal-punt 20 tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE;
(ii)
b’relazzjoni ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, l-Istat Membru ta’ domiċilju fit-tifsira tal-punt 7 tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Europew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-eżerċizzju tagħhom ( 1 );
(iii)
b’rabta ma’ kwalunkwe persuna ġuridika mhux imsemmija fil-punti (i) jew (ii), l-Istat Membru li fih jinsab l-uffiċċju reġistrat tagħha jew jekk ma għandhiex uffiċċju reġistrat l-Istat Membru li fih jinsab l-uffiċċju prinċipali tagħha;
(iv)
b’rabta ma’ persuna fiżika l-Istat Membru li fih jinsab l-uffiċċju prinċipali ta’ dik il-persuna, jew, jekk ma jkunx hemm uffiċċju prinċipali, l-Istat Membru li fih hija domiċiljata dik il-persuna;
(j)
“awtorità kompetenti rilevanti” tfisser:
(i)
b’rabta mad-dejn sovran ta’ Stat Membru, jew, fil-każ ta’ Stat Membru federali, rigward dejn sovran ta’ membru tal-federazzjoni jew swap ta’ inadempjenza tal-kreditu li għandu x’jaqsam ma’ Stat Membru jew membru ta’ federazzjoni, l-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru;
(ii)
b’rabta mad-dejn sovran tal-Unjoni jew swap ta’ inadempjenza tal-kreditu li għandu x’jaqsam mal-Unjoni, l-awtorità kompetenti tal-ġurisdizzjoni li fiha jinsab id-dipartiment li joħroġ id-dejn;
(iii)
b’rabta mad-dejn sovran ta’ diversi Stati Membri li jaġixxu permezz ta’ vettura bi skop speċjali jew swap ta’ inadempjenza tal-kreditu li għandu x’jaqsam ma’ tali vettura bi skop speċjali, l-awtorità kompetenti tal-ġuriżdizzjoni li fiha hija stabbilita l-vettura bi skop speċjali;
(iv)
b’rabta mad-dejn sovran ta’ istituzzjoni finanzjarja internazzjonali stabbilita minn żewġ Stati Membri jew aktar li jkollha l-fini li timmobilizza l-iffinanzjar u tagħti assistenza finanzjarja għall-benefiċċju tal-membri tagħha li jkunu għaddejjin jew mheddin minn problemi finanzjarji severi, l-awtorità kompetenti tal-ġuriżdizzjoni fejn tkun stabbilitia l-istituzzjoni finanzjarja internazzjonali;
(v)
b’rabta ma’ strument finanzjarju ieħor għajr strument imemmi fil-punt (i) sa (iv), l-awtorità kompetenti għal dak l-istrument finanzjarju kif iddefinita fil-punt (7) tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1287/2006 ( 2 ) u ddeterminat skont il-Kapitolu III ta’ dak ir-Regolament;
(vi)
b’rabta ma’ strument finanzjarju li mhuwiex kopert skont il-punti (i) sa (v), l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih l-istrument finanzjarju kien ammess għall-ewwel darba għan-negozjar f’ċentru għan-negozjar;
(vii)
b’rabta ma’ strument ta’ dejn maħruġ mill-Bank Ewropew tal-Investiment, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih jinsab il-Bank Ewropew tal-Investiment;
(k)
“attivitajiet ta’ ġenerazzjoni tas-suq” tfisser l-attivitajiet ta’ ditta ta’ investiment, istituzzjoni ta’ kreditu, entità ta’ pajjiż terz, jew ditta kif imsemmi fil-punt (1) tal-Artikoul 2(1) tad-Direttiva 2004/39/KE, li tkun membru ta’ ċentru tan-negozjar jew ta’ suq f’pajjiż terz li l-qafas legali u superviżorju tiegħu jkun ġie ddikjarat bħala ekwivalenti mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(2) meta tinnegozja bħala prinċipal fi strument finanzjarju, kemm jekk innegozjata fiċ-ċentru tan-negozjar jew barra, fi kwalunkwe waħda minn dawn il-kapaċitajiet:
(i)
billi ddaħħal kwoti fuq żewġ binarji, sodi u simultanji, ta’ daqs komparabbli u bi prezzijiet kompetittivi, bir-riżultat li tiġi pprovduta likwidità fuq bażi regolari u kontinwa lis-suq;
(ii)
bħala parti mill-operat normali tagħha, billi tissodisfa ordnijiet mibdija minn klijenti jew b’rispons għat-talbiet tal-klijenti għan-negozjar;
(iii)
billi tiħħeġġja pożizzjonijiet li jirriżultaw mit-twettiq tal-kompiti taħt punti (i) u (ii);
(l)
“ċentru tan-negozjar” tfisser suq regolat fit-tifsira tal-punt (14) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE, jew faċilità tan-negozjar multilaterali fit-tifsira tal-punt (15) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE;
(m)
“ċentru prinċipali” fir-rigward ta’ sehem tfisser iċ-ċentru tan-negozjar ta’ dak is-sehem bl-ogħla fatturat;
(n)
“negozjant primarju awtorizzat” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tkun iffirmat ftehim ma’ emittent sovran jew li għandha rikonoxximent formali bħala negozjant primarju mingħand jew f’isem emittent sovran u li, skont dak il-ftehim jew rikonoxximent, tikkommetti ruħa li tinnegozja bħala prinċipal b’konnessjoni ma’ operazzjonijiet primarji u sekondarji tas-suq li għandhom x’jaqsmu ma’ dejn maħruġ minn dak l-emittent;
(o)
“kontroparti ċentrali” tfisser entità ġuridika li tinterponi lilha nnifisha bejn il-kontropartijiet għall-kuntratti nnegozjati f’suq finanzjarju wieħed jew aktar, u ssir ix-xerrej għal kull bejjiegħ u l-bejjiegħ għal kull xerrej u li hija responsabbli għall-operazzjoni ta’ sistema tal-ikklerjar (clearing);
(p)
“jum ta’ negozju” jfisser jum ta’ negozju kif iddefinit fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1287/2006;
(q)
“fatturat” ta’ sehem tfisser fatturat skont it-tifsira fil-punt (9) tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1287/2006. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|