|
+Artikolu 3 7. |
Artikolu 3 7.Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 42 filwaqt li tispeċifika:
(a)
il-każijiet meta persuna fiżika jew ġuridika titqies li tkun is-sid ta’ sehem jew strument ta’ dejn għall-finijiet tal-paragrafu 2;
(b)
każijiet fejn persuna fiżika jew ġuridika jkollha pożizzjoni bin-nieqes netta għall-finijiet tal-paragrafi 4 u 5 u l-metodu tal-kalkolu ta’ tali pożizzjoni;
(c)
il-metodu tal-kalkolu tal-pożizzjonijiet għall-finijiet tal-paragrafi 3, 4 u 5 fejn entitajiet differenti fi grupp ikollhom pożizzjonijiet twal jew bin-nieqes jew għall-attivitajiet ta’ mmaniġġjar ta’ fondi relatati ma’ fondi separati. Għall-finijiet tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, il-metodu ta’ kalkolu għandu jqis b’mod partikolari, jekk jiġux segwiti strateġiji ta’ investiment differenti b’rabta mal-emittent partikolari permezz ta’ aktar minn fond separat wieħed ġestit mill-istess ġestur tal-fondi, jekk l-istess strateġija ta’ investiment tkun persegwita b’rabta ma’ emittent partikolari permezz ta’ aktar minn fond wieħed u jekk aktar minn portafoll wieħed fl-istess entità jkunx ġestit fuq bażi diskrezzjonali li tkun tippersegwita l-istess strateġija ta’ investiment b’rabta ma’ emittent partikolari. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|