+Artikolu 3 Pożizzjonijiet bin-nieqes u twal
---+Artikolu 3 1.
---+Artikolu 3 2.
---+Artikolu 3 3.
---+Artikolu 3 4.
---+Artikolu 3 5.
---+Artikolu 3 6.
---+Artikolu 3 7.

Artikolu 3 Pożizzjonijiet bin-nieqes u twal

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 3 1.

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, pożizzjoni li tirriżulta minn waħda minn dawn li ġejjin għandha titqies li hija pożizzjoni bin-nieqes relatata mal-kapital azzjonarju maħruġ jew dejn sovran maħruġ:

(a) 

bejgħ bin-nieqes ta’ sehem maħruġ minn kumpanija jew ta’ strument ta’ dejn maħruġ minn emittent sovran;

(b) 

id-dħul fi tranżazzjoni li toħloq jew li għandha x’taqsam ma’ strument finanzjarju għajr l-istrument imsemmi fil-punt (a) meta l-effett jew wieħed mill-effetti tat-tranżazzjoni jkun li jagħti vantaġġ finanzjarju lill-persuna fiżika jew ġuridika li tkun dieħla f’dik it-tranżazzjoni, fil-każ ta’ tnaqqis fil-prezz jew valur tas-sehem jew tal-istrument ta’ dejn.

Artikolu 3 2.

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, pożizzjoni li tirriżulta minn waħda minn dawn li ġejjin għandha titqies li hija pożizzjoni twila relatata ma’ kapital azzjonarju maħruġ jew dejn sovran maħruġ:

(a) 

pussess ta’ sehem maħruġ minn kumpanija jew ta’ strument ta’ dejn maħruġ mill-emittent sovran;

(b) 

id-dħul fi tranżazzjoni li toħloq jew li għandha x’taqsam ma’ strument finanzjarju għajr l-istrument imsemmi fil-punt (a) meta l-effett jew wieħed mill-effetti tat-tranżazzjoni jkun li jagħti vantaġġ finanzjarju lill-persuna fiżika jew ġuridika li tkun dieħla f’dik it-tranżazzjoni, fil-każ ta’ żieda fil-prezz jew valur tas-sehem jew tal-istrument ta’ dejn.

Artikolu 3 3.
Għall-finijiet ta’ paragrafi 1 u 2, il-kalkolu ta’ pożizzjoni bin-nieqes jew twila għandu, fir-rigward ta’ kull pożizzjoni miżmuma indirettament mill-persuna rilevanti, inkluż permezz ta’ kull indiċi, basket ta’ titoli jew kull interess f’fondi nnegozjati fuq is-suq jew entitajiet simili, għandu jiġi ddeterminat mill-persuna fiżika jew ġuridika rilevanti li taġixxi b’mod raġonevoli u tqis l-informazzjoni disponibbli pubblikament dwar il-kompożizzjoni tal-indiċi jew il-basket tat-titoli rilevanti, jew tal-interessi miżmuma mill-fond rilevanti nnegozjat fuq is-suq jew l-entità simili. Fil-kalkolu ta’ tali pożizzjoni bin-nieqes jew twila, l-ebda persuna m’għandha tintalab tikseb xi informazzjoni f’ħin reali dwar din il-kompożizzjoni mingħand xi persuna.

Għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 2, il-kalkolu ta’ pożizzjoni bin-nieqes jew twila li għandha x’taqsam ma’ dejn sovran għandha tinkludi kwalunkwe swap ta’ inadempjenza tal-kreditu sovran li għandu x’jaqsam mal-emittent sovran.

Artikolu 3 4.
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-pożizzjoni li jifdal wara t-tnaqqis ta’ kwalunkwe pożizzjoni twila li persuna fiżika jew ġuridika jkollha b’rabta mal-kapital azzjonarju maħruġ minn kwalunkwe pożizzjoni bin-nieqes li l-istess persuna fiżiħa jew ġuridika jkollha b’rabta ma’ dak il-kapital għandha titqies bħala l-pożizzjoni bin-nieqes netta b’rabta mal-kapital azzjonarju maħruġ tal-kumpanija kkonċernata.
Artikolu 3 5.
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-pożizzjoni li jifdal wara t-tnaqqis ta’ kwalunkwe pożizzjoni twila li persuna fiżika jew ġuridika jkollha b’rabta mad-dejn sovran maħruġ u kwalunkwe pożizzjoni twila fi strumenti tad-dejn ta’ emittent, li l-prezz tagħha għandu korrelazzjoni għolja mal-prezz tad-dejn sovran partikolari minn kwalunkwe pożizzjoni bin-nieqes li l-istess persuna fiżika jew ġuridika jkollha b’rabta mal-istess dejn sovran għandha titqies bħala pożizzjoni bin-nieqes netta b’rabta mad-dejn sovran maħruġ tal-emittent sovran ikkonċernat.
Artikolu 3 6.
Il-kalkolu ta’ dejn sovran skont il-paragrafi 1 sa 5 għandu jkun għal kull emittent sovran anki jekk entitajiet separati joħorġu dejn sovran f’isem l-emittent sovran.
Artikolu 3 7.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 42 filwaqt li tispeċifika:

(a) 

il-każijiet meta persuna fiżika jew ġuridika titqies li tkun is-sid ta’ sehem jew strument ta’ dejn għall-finijiet tal-paragrafu 2;

(b) 

każijiet fejn persuna fiżika jew ġuridika jkollha pożizzjoni bin-nieqes netta għall-finijiet tal-paragrafi 4 u 5 u l-metodu tal-kalkolu ta’ tali pożizzjoni;

(c) 

il-metodu tal-kalkolu tal-pożizzjonijiet għall-finijiet tal-paragrafi 3, 4 u 5 fejn entitajiet differenti fi grupp ikollhom pożizzjonijiet twal jew bin-nieqes jew għall-attivitajiet ta’ mmaniġġjar ta’ fondi relatati ma’ fondi separati.

Għall-finijiet tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, il-metodu ta’ kalkolu għandu jqis b’mod partikolari, jekk jiġux segwiti strateġiji ta’ investiment differenti b’rabta mal-emittent partikolari permezz ta’ aktar minn fond separat wieħed ġestit mill-istess ġestur tal-fondi, jekk l-istess strateġija ta’ investiment tkun persegwita b’rabta ma’ emittent partikolari permezz ta’ aktar minn fond wieħed u jekk aktar minn portafoll wieħed fl-istess entità jkunx ġestit fuq bażi diskrezzjonali li tkun tippersegwita l-istess strateġija ta’ investiment b’rabta ma’ emittent partikolari.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32012R0236
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.