Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi adottati fir-rigward ta’ offerti ta’ xiri, tranżazzjonijiet ta’ fużjoni u tranżazzjonijiet oħra li jaffettwaw is-sjieda jew il-kontroll ta’ kumpaniji, regolati mill-awtoritajiet ta’ sorveljanza maħtura mill-Istati Membri skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2004/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 fuq offerti ta’ xiri (
3
) li jeħtieġu d-divulgazzjoni ta’ pożizzjonijiet bin-nieqes lil hinn mir-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu.