+Artikolu 12 Restrizzjonijiet fuq bejgħ bin-nieqes skoperti ta’ ishma
---+Artikolu 12 1.
---+Artikolu 12 2.
|
Artikolu 12 Restrizzjonijiet fuq bejgħ bin-nieqes skoperti ta’ ishma
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 12 1.
|
Persuna fiżika jew ġuridika tista’ tidħol biss f’bejgħa bin-nieqes ta’ sehem ammess għan-negozjar f’ċentru tan-negozjar fejn waħda mill-kondizzjonijiet segwenti tkun ssodisfatta:
(a)
il-persuna fiżika jew ġuridika tkun isselfet is-sehem; jew għamlet dispożizzjonijiet alternattivi li rriżultaw f’effett legali simili;
(b)
il-persuna fiżika jew ġuridika tkun daħlet fi ftehim biex tissellef is-sehem jew ikollha talba oħra assolutament infurzabbli b’kuntratt jew b’liġi dwar il-proprjetà biex tiġi trasferita s-sjieda ta’ għadd korrispondenti ta’ titoli tal-istess klassi sabiex ikun jista’ jiġi affettwat saldu meta jkun dovut; jew
(c)
il-persuna fiżika jew ġuridika jkollha arranġament ma’ parti terza li permezz tiegħu dik il-parti terza tkun ikkonfermat li s-sehem ikun ġie identifikat, u tkun ħadet miżuri vis-à-vis partijiet terzi meħtieġa sabiex il-persuna fiżika jew ġuridika jkollha aspettattivi raġonevolili s-saldu jista’ jiġi effettwat meta dan ikun dovut.
|
|
Artikolu 12 2.
|
Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni tal-paragrafu 1, l-AETS tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex jiġu ddeterminati t-tipi ta’ ftehimiet, arranġamenti u miżuri li jiżguraw adegwatement li s-sehem ikun disponibbli għas-saldu. Fid-determinazzjoni ta’ liema miżuri huma neċessarji ħalli jkun hemm stennija raġonevoli li s-saldu jista’ jiġi effettwat meta dovut, l-AETS tqis, inter alia, in-negozjar intraġurnata u l-likwidità tal-ishma. L-AETS għandha tissottometti l-abbozzi għal dawk l-istandards tekniċi implimentatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Marzu 2012. Is-setgħat huma mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32012R0236
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|