+Artikolu 14 Restrizzjonijiet fuq swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu sovran
---+Artikolu 14 1.
---+Artikolu 14 2.

Artikolu 14 Restrizzjonijiet fuq swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu sovran

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 14 1.
Persuna fiżika jew ġuridika tista’ tidħol fi tranżazzjonijiet ta’ swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu sovran biss meta dik it-tranżazzjoni ma twassalx għal pożizzjoni skoperta fi swap ta’ inadempjenza tal-kreditu sovran kif imsemmi fl-Artikolu 4.
Artikolu 14 2.

Awtorità kompetent tista’ tissospendi temporanjament ir-restrizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, meta għandha raġunijiet oġġettivi biex temmen lis-suq tagħha ta’ dejn sovran ma jkunx qed jiffunzjona b’mod korrett u li r-restrizzjonijiet jistgħu jkollhom impatt negattiv fuq is-suq tas-swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu sovran, billi tiżdied l-ispiża tas-self għall-emittenti sovrani jew tiġi effettwata l-kapaċità tagħhom li joħorġu dejn ġdid. Dawn ir-raġunijiet għandhom ikunu bbażati fuq l-indikaturi li ġejjin:

(a) 

rata ta’ mgħax għolja jew tiżdied fuq id-dejn sovran;

(b) 

twessigħ ta’ varjazzjonijiet fir-rati ta’ mgħax fuq id-dejn sovran b’paragun mad-dejn sovran ta’ emittenti sovrani oħra;

(c) 

twessigħ tal-varjazzjonijiet tas-swap ta’ inadempjenza tal-kreditu sovran b’paragun mal-kurva proprja u b’paragun ma’ emittenti sovrani oħra;

(d) 

iż-żmien opportun tar-ritorn tal-prezz tad-dejn sovran lejn l-ekwilibriju oriġinali wara trattativa kummerċjali fuq skala kbira;

(e) 

ammonti ta’ dejn sovran li jistgħu jiġu nnegozjati.

L-awtorità kompetenti tista’ tuża ukoll indikaturi oħra li mhumiex dawk stabbiliti fil-punti (a) sa (e) tal-ewwel subparagrafu.

Qabel ma tissospendi ir-restrizzjonijiet taħt dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti rilevanti għandha tinnotifika lill-AETS u awtoritajiet kompetenti oħra bis-sospensjoni proposta u r-raġunijiet li fuqha hija bbażata.

Is-sospensjoni għandha tkun valida għal perijodu inizjali ta’ mhux aktar minn 12-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni tagħha fis-sit tal-Internet tal-awtorità kompetenti rilevanti. Is-sospensjoni tista’ tiġġedded għal perijodi ta’ mhux aktar minn sitt xhur kull darba jekk ir-raġunijiet għas-sospensjoni jibqgħu japplikaw. Jekk is-sospensjoni ma tiġġeddidx sal-aħħar tal-perijodu inizjali jew wara kwalunkwe perijodu ta’ tiġdid sussegwenti, din għandha tiskadi awtomatikament.

L-AETS, fi żmien 24 siegħa minn notifika mill-awtorità kompetenti rilevanti, għandha toħroġ opinjoni dwar is-sospensjoni intenzjonata jew it-tiġdid ta’ dik is-sospensjoni, irrispettivament mill-fatt jekk l-awtorità kompetenti tkunx ibbażat is-sospensjoni fuq l-indikaturi stabbiliti fil-punti (a) sa (e) tal-ewwel subparagrafu jew fuq indikaturi oħra. Meta s-sospensjoni intenzjonata jew it-tiġdid tas-sospensjoni hija bbażata fuq it-tieni subparagrafu, dik l-opinjoni għandha tinkludi wkoll valutazzjoni tal-indikaturi użati mill-awtorità kompetenti. L-opinjoni għandha tiġi ppubblikata fuq is-sit tal-Internet tal-AETS.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32012R0236
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.