|
+Artikolu 14 2. |
Artikolu 14 2.Awtorità kompetent tista’ tissospendi temporanjament ir-restrizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, meta għandha raġunijiet oġġettivi biex temmen lis-suq tagħha ta’ dejn sovran ma jkunx qed jiffunzjona b’mod korrett u li r-restrizzjonijiet jistgħu jkollhom impatt negattiv fuq is-suq tas-swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu sovran, billi tiżdied l-ispiża tas-self għall-emittenti sovrani jew tiġi effettwata l-kapaċità tagħhom li joħorġu dejn ġdid. Dawn ir-raġunijiet għandhom ikunu bbażati fuq l-indikaturi li ġejjin:
(a)
rata ta’ mgħax għolja jew tiżdied fuq id-dejn sovran;
(b)
twessigħ ta’ varjazzjonijiet fir-rati ta’ mgħax fuq id-dejn sovran b’paragun mad-dejn sovran ta’ emittenti sovrani oħra;
(c)
twessigħ tal-varjazzjonijiet tas-swap ta’ inadempjenza tal-kreditu sovran b’paragun mal-kurva proprja u b’paragun ma’ emittenti sovrani oħra;
(d)
iż-żmien opportun tar-ritorn tal-prezz tad-dejn sovran lejn l-ekwilibriju oriġinali wara trattativa kummerċjali fuq skala kbira;
(e)
ammonti ta’ dejn sovran li jistgħu jiġu nnegozjati. L-awtorità kompetenti tista’ tuża ukoll indikaturi oħra li mhumiex dawk stabbiliti fil-punti (a) sa (e) tal-ewwel subparagrafu. Qabel ma tissospendi ir-restrizzjonijiet taħt dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti rilevanti għandha tinnotifika lill-AETS u awtoritajiet kompetenti oħra bis-sospensjoni proposta u r-raġunijiet li fuqha hija bbażata. Is-sospensjoni għandha tkun valida għal perijodu inizjali ta’ mhux aktar minn 12-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni tagħha fis-sit tal-Internet tal-awtorità kompetenti rilevanti. Is-sospensjoni tista’ tiġġedded għal perijodi ta’ mhux aktar minn sitt xhur kull darba jekk ir-raġunijiet għas-sospensjoni jibqgħu japplikaw. Jekk is-sospensjoni ma tiġġeddidx sal-aħħar tal-perijodu inizjali jew wara kwalunkwe perijodu ta’ tiġdid sussegwenti, din għandha tiskadi awtomatikament. L-AETS, fi żmien 24 siegħa minn notifika mill-awtorità kompetenti rilevanti, għandha toħroġ opinjoni dwar is-sospensjoni intenzjonata jew it-tiġdid ta’ dik is-sospensjoni, irrispettivament mill-fatt jekk l-awtorità kompetenti tkunx ibbażat is-sospensjoni fuq l-indikaturi stabbiliti fil-punti (a) sa (e) tal-ewwel subparagrafu jew fuq indikaturi oħra. Meta s-sospensjoni intenzjonata jew it-tiġdid tas-sospensjoni hija bbażata fuq it-tieni subparagrafu, dik l-opinjoni għandha tinkludi wkoll valutazzjoni tal-indikaturi użati mill-awtorità kompetenti. L-opinjoni għandha tiġi ppubblikata fuq is-sit tal-Internet tal-AETS. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|