+Artikolu 27 Koordinazzjoni mill-AETS
---+Artikolu 27 1.
---+Artikolu 27 2.
---+Artikolu 27 3.
---+Artikolu 27 4.

Artikolu 27 Koordinazzjoni mill-AETS

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 27 1.
L-AETS għandha teżerċita rwol ta’ faċilitazzjoni u koordinazzjoni b’rabta mal-miżuri meħuda mill-awtoritajiet kompetenti skont it-Taqsima 1. B’mod partikolari l-AETS għandha tiżgura li jittieħed approċċ konsistenti mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tal-miżuri meħuda speċjalment dwar meta jkun meħtieġ li jintużaw setgħat ta’ intervent, in-natura ta’ kwalunkwe miżura imposta u l-bidu u t-tul ta’ tali miżura.
Artikolu 27 2.
Wara li tirċievi notifika skont l-Artikolu 26 dwar kwalunkwe miżura li għandha tiġi imposta jew imġedda skont l-Artikolu 18, 19, 20 jew 21, l-AETS għandha fi żmien 24 siegħa toħroġ opinjoni dwar jekk tqisx li l-miżura jew il-miżura proposta tkunx meħtieġa biex jiġu indirizzati ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali. L-opinjoni għandha tiddikjara jekk l-AETS tikkunsidrax li jkunu seħħew episodji avversi, jew ikunu nħolqu żviluppi li jikkostitwixxu theddida serja għall-istabbiltà finanzjarja jew għall-fiduċja fis-suq fi Stat Membru wieħed jew aktar, jekk il-miżura jew il-miżura proposta tkunx xierqa u proporzjonata sabiex tiġi indirizzata t-theddida u jekk id-durata proposta ta’ kwalunkwe miżura bħal din tkunx ġustifikata. Jekk tqis li t-teħid ta’ kwalunkwe miżura minn awtoritajiet kompetenti oħra tkun meħtieġa biex tiġi indirizzata t-theddida, l-AETS għandha wkoll tiddikjara dan fl-opinjoni tagħha. L-opinjoni għandha tiġi ppubblikata fuq is-sit tal-Internet tal-AETS.
Artikolu 27 3.
Fejn tipproponi li tieħu jew tieħu miżuri kontrarji għal opinjoni tal-AETS imsemmija fil-paragrafu 2 jew tonqos milli tieħu miżuri kontra opinjoni tal-AETS skont dak il-paragrafu, awtorità kompetenti għandha tippubblika fuq is-sit tal-Internet tagħha fi żmien 24 siegħa li tirċievi l-opinjoni tal-AETS avviż li jispjega fid-dettal ir-raġunijiet tagħha għal dan. Fejn tirriżulta sitwazzjoni bħal din l-AETS għandha tikkunsidra jekk il-kundizzjonijiet humiex sodisfatti u jekk dan huwiex każ xieraq għall-użu tas-setgħat tagħha ta’ intervent skont l-Artikolu 28.
Artikolu 27 4.
L-AETS għandha teżamina l-miżuri skont dan l-Artikolu regolarment u fi kwalunkwe każ mill-inqas kull tliet xhur. Jekk miżura ma tiġġeddidx sal-aħħar ta’ tali perijodu ta’ tliet xhur, din għandha awtomatikament tiskadi.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32012R0236
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.