Sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafu 2(d), il-Kummissjoni, wara t-tressiq ta’ talba minn Stat Membru, skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 38(3) u skont il-punt (d) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, tista’ tadotta deċiżjoni li tiddikjara li bank ċentrali jaqa’ fl-ambitu ta’ dak il-punt u li l-gradazzjonijiet tiegħu ta’ kreditu għalhekk huma eżenti mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
Il-Kummissjoni għandha tippubblika fuq il-website tagħha l-lista tal-banek ċentrali li jaqgħu fl-ambitu tal-punt (d) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.