|
+Artikolu 5 6. |
Artikolu 5 6.Il-Kummissjoni tista’ tadotta deċiżjoni ta’ ekwivalenza skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 38(3), fejn tiddikjara li l-qafas legali u superviżorju ta’ pajjiż terz ikun jiżgura li l-aġenziji li jiggradaw il-kreditu li jkunu awtorizzati jew irreġistrati f’dak il-pajjiż terz ikunu konfomi mar-rekwiżiti vinkolanti legalment li jkunu ekwivalenti għar-rekwiżiti li jirriżultaw minn dan ir-Regolament u li jkunu suġġetti għal superviżjoni u infurzar effettivi f’dak il-pajjiż terz. Qafas legali u superviżorju ta’ pajjiż terz jista’ jitqies ekwivalenti għal dan ir-Regolament jekk dak il-qafas ikun jissodisfa għall-anqas il-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
l-aġenziji li jiggradaw il-kreditu f’dak il-pajjiż terz ikunu suġġetti għall-awtorizzazzjoni jew għar-reġistrazzjoni u jkunu suġġetti għal superviżjoni u infurzar effettivi fuq bażi kontinwa;
(b)
l-aġenziji li jiggradaw il-kreditu f’dak il-pajjiż terz huma soġġetti għal regoli vinkolanti li huma ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Artikoli 6 sa 12 u fl-Anness I, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 6a, 6b, 8a, ►M5 ————— ◄ 8c u 11a, il-punt (ba) tal-punt 3 u l-punti 3a u 3b tat-Taqsima B tal-Anness I; u
(c)
ir-reġim regolatorju tal-pajjiż terz f’dak il-pajjiż terz ma jkunx jippermetti l-indħil mill-awtoritajiet superviżorji u awtoritajiet pubbliċi oħra ta’ dak il-pajjiż terz fil-kontenut tal-gradazzjonijiet tal-kreditu u fil-metodoloġiji; Sabiex jittieħed kont tal-iżviluppi dwar is-swieq finanzjarji, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 38a, u soġġett għall-kondizzjonijiet tal-Artikoli 38b u 38c, tadotta miżuri sabiex jiġu speċifikati aktar jew emendati l-kriterji stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tat-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|