L-Awtorità Superviżorja Ewropea (L-Awtorità Bankarja Ewropea) (ABE) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
11
), l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) (AEAPX) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
12
) u l-AETS ma għandhomx jirriferu għall-gradazzjonijiet tal-kreditu fil-linji gwida, rakkomandazzjonijiet u abbozzi ta’ standards tekniċi tagħhom, fejn referenzi bħal dawn għandhom il-potenzjal li jqanqlu dipendenza esklużiva u mekkanika fuq gradazzjonijiet tal-kreditu mill-awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet kompetenti settorjali, l-entitajiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(1) jew parteċipanti oħrajn fis-swieq finanzjarji. Għalhekk, sal-31 ta’ Diċembru 2013, l-ABE, l-AEAPX u l-AETS għandhom jirrivedu u jneħħu, fejn hu xieraq, dawn ir-referenzi kollha għall-gradazzjonijiet tal-kreditu fil-linji giwda u r-rakkommandazzjonijiet eżistenti.