+Artikolu 6a Konflitti ta’ interess li jikkonċernaw l-investimenti f’aġenziji li jiggradaw il-kreditu
---+Artikolu 6a 1.
---+Artikolu 6a 2.

Artikolu 6a Konflitti ta’ interess li jikkonċernaw l-investimenti f’aġenziji li jiggradaw il-kreditu

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 6a 1.

Azzjonist jew membru ta’ aġenzija li tiggrada l-kreditu li huwa d-detentur ta’ ishma ta’ mill-anqas 5 % jew tal-kapital jonkella tad-drittijiet tal-vot f’dik l-aġenzija li tiggrada l-kreditu jew f’kumpanija li għandha s-setgħa li teżerċita kontroll jew influwenza dominanti fuq dik l-aġenzija li tiggrada l-kreditu rreġistrata, għandu jiġi pprojbit milli:

(a) 

ikollu 5 % jew aktar mill-kapital ta’ kwalunkwe aġenzija oħra li tiggrada l-kreditu;

(b) 

ikollu d-dritt jew is-setgħa jeżerċita 5 % jew aktar mid-drittijiet tal-vot fi kwalunkwe aġenzija oħra li tiggrada l-kreditu;

(c) 

ikollu d-dritt jew is-setgħa li jaħtar jew ineħħi membri tal-bord amministrattiv jew superviżorju ta’ kwalunkwe aġenzija oħra li tiggrada l-kreditu;

(d) 

ikun membru tal-bord amministrattiv jew superviżorju ta’ kwalunkwe aġenzija oħra li tiggrada l-kreditu;

(e) 

jeżerċita jew ikollu s-setgħa li jeżerċita kontroll jew influwenza dominanti fuq kwalunkwe aġenzija oħra li tiggrada l-kreditu.

Il-projbizzjoni msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ma tapplikax għal parteċipazzjonijiet fi skemi ta’ investiment kollettiv diversifikat, inklużi fondi ġestiti bħal fondi għall-pensjoni jew assigurazzjoni tal-ħajja, sakemm il-parteċipazjonijiet f’dawn l-iskemi ma jpoġġux lill-azzjonist jew membru ta’ aġenzija li tiggrada l-kreditu f’qagħda li jeżerċita influwenza sinifikanti fuq l-attivitajiet tan-negozju ta’ dawk l-iskemi.

Artikolu 6a 2.
Dan l-Artikolu ma japplikax għal investimenti f’aġenziji oħrajn li jiggradaw il-kreditu li jappartjenu għall-istess grupp ta’ aġenziji li jiggradaw il-kreditu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009R1060
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.