|
+Artikolu 6b 2. |
Artikolu 6b 2.Fejn aġenzija li tiggrada l-kreditu tidħol f’kuntratt għall-gradazzjoni mill-ġdid ta’ rititolizzazzjonijiet, għandha titlob lil dak l-emittent sabiex:
(a)
jiddetermina n-numru ta’ aġenziji li jiggradaw il-kreditu li għandhom relazzjoni kuntrattwali għall-ħruġ ta’ gradazzjonijiet tal-kreditu fuq rititolizzazzjonijiet b’assi sottostanti mill-istess oriġinatur;
(b)
jikkalkula l-perċentwali tan-numru totali ta’ rititolizzazzjonijiet iggradati pendenti b’assi sottostanti mill-istess oriġinatur li għalihom kull aġenzija li tiggrada l-kreditu toħroġ gradazzjonijiet tal-kreditu. Fejn kull waħda minn tal-inqas erba’ aġenziji li jiggradaw il-kreditu tiggrad iktar minn 10 % tan-numru totali ta’ rititolizzazzjonijiet iggradati pendenti, il-limitazzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 m’għandhomx japplikaw. L-eżenzjoni stipulata fit-tieni subparagrafu għandha tkompli tapplika tal-inqas sa meta l-aġenzija li tiggrada l-kreditu tidħol f’kuntratt ġdid għall-gradazzjoni tar-rititolizzazzjonijiet b’assi sottostanti mill-istess oriġinatur. Fejn il-kriterji stipulati fit-tieni subparagrafu ma jiġux sodisfatti meta jsir kuntratt bħal dan, il-perjodu msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi kkalkulat mid-data li fiha jkun ġie konkluż il-kuntratt. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|