+Artikolu 6b It-tul ta’ żmien massimu tar-relazzjoni kuntrattwali ma’ aġenzija li tiggrada l-kreditu
---+Artikolu 6b 1.
---+Artikolu 6b 2.
---+Artikolu 6b 3.
---+Artikolu 6b 4.
---+Artikolu 6b 5.
---+Artikolu 6b 6.

Artikolu 6b It-tul ta’ żmien massimu tar-relazzjoni kuntrattwali ma’ aġenzija li tiggrada l-kreditu

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 6b 1.
Fejn aġenzija li tiggrada l-kreditu tidħol f’kuntratt għall-ħruġ ta’ gradazzjonijiet tal-kreditu fuq ir-rititolizzazzjonijiet, ma għandha toħroġ l-ebda gradazzjonijiet tal-kreditu fuq rititolizzazzjonijiet b’assi sottostanti mill-istess oriġinatur għal perjodu li jaqbeż l-erba’ snin.
Artikolu 6b 2.

Fejn aġenzija li tiggrada l-kreditu tidħol f’kuntratt għall-gradazzjoni mill-ġdid ta’ rititolizzazzjonijiet, għandha titlob lil dak l-emittent sabiex:

(a) 

jiddetermina n-numru ta’ aġenziji li jiggradaw il-kreditu li għandhom relazzjoni kuntrattwali għall-ħruġ ta’ gradazzjonijiet tal-kreditu fuq rititolizzazzjonijiet b’assi sottostanti mill-istess oriġinatur;

(b) 

jikkalkula l-perċentwali tan-numru totali ta’ rititolizzazzjonijiet iggradati pendenti b’assi sottostanti mill-istess oriġinatur li għalihom kull aġenzija li tiggrada l-kreditu toħroġ gradazzjonijiet tal-kreditu.

Fejn kull waħda minn tal-inqas erba’ aġenziji li jiggradaw il-kreditu tiggrad iktar minn 10 % tan-numru totali ta’ rititolizzazzjonijiet iggradati pendenti, il-limitazzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 m’għandhomx japplikaw.

L-eżenzjoni stipulata fit-tieni subparagrafu għandha tkompli tapplika tal-inqas sa meta l-aġenzija li tiggrada l-kreditu tidħol f’kuntratt ġdid għall-gradazzjoni tar-rititolizzazzjonijiet b’assi sottostanti mill-istess oriġinatur. Fejn il-kriterji stipulati fit-tieni subparagrafu ma jiġux sodisfatti meta jsir kuntratt bħal dan, il-perjodu msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi kkalkulat mid-data li fiha jkun ġie konkluż il-kuntratt.

Artikolu 6b 3.
Minn meta jiskadi kuntratt bħal dan skont il-paragrafu 1, aġenzija li tiggrada l-kreditu m’għandhiex tidħol f’kuntratt ġdid għall-ħruġ ta’ gradazzjonijiet tal-kreditu fuq rititolizzazzjonijiet b’assi sottostanti mill-istess oriġinatur għal perjodu li jkun ugwali għat-tul ta’ żmien tal-kuntratt skadut iżda li ma jaqbiżx pejrodu ta’ erba’ snin.

L-ewwel subparagrafu għandu japplika wkoll għal:

(a) 

aġenzija li tiggrada l-kreditu li tappartjeni għall-istess grupp ta’ aġenziji li jiggradaw il-kreditu bħall-aġenzija li tiggrada l-kreditu msemmija fil-paragrafu 1;

(b) 

aġenzija li tiggrada l-kreditu li hija azzjonista jew membru ta’ aġenzija li tiggrada l-kreditu msemmija fil-paragrafu 1;

(c) 

aġenzija li tiggrada l-kreditu fejn l-aġenzija li tiggrada l-kreditu msemmija fil-paragrafu 1 hija azzjonista jew membru.

Artikolu 6b 4.
Minkejja l-paragrafu 1, fejn gradazzjoni tal-kreditu ta’ rititolizzazzjoni tinħareġ qabel it-tmiem tat-tul ta’ żmien massimu tar-relazzjoni kuntrattwali kif imsemmi fil-paragrafu 1, aġenzija li tiggrada l-kreditu tista’ tkompli tissorvelja u taġġorna dawk il-gradazzjonijiet tal-kreditu, fuq talba, għat-tul ta’ żmien tar-rititolizzazzjoni.
Artikolu 6b 5.
Dan l-Artikolu m’għandux japplika għal aġenziji li tiggrada l-kreditu li għandhom inqas minn 50 impjegat fil-livell tal-grupp li jkunu involuti fil-provvista ta’ attivitajiet tal-gradazzjoni tal-kreditu, jew b’fatturat annwali ġġenerat minn attivitajiet tal-gradazzjoni tal-kreditu ta’ inqas minn EUR 10 miljun fil-livell tal-grupp.
Artikolu 6b 6.
Fejn aġenzija li tiggrada l-kreditu tidħol f’kuntratt għall-ħruġ ta’ gradazzjonijiet tal-kreditu fuq rititolizzazzjonijiet qabel l-20 ta’ Ġunju 2013, il-perjodu msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi kkalkulat minn dik id-data.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009R1060
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.