+Artikolu 21 AETS
---+Artikolu 21 1.
---+Artikolu 21 2.
---+Artikolu 21 3.
---+Artikolu 21 4.
---+Artikolu 21 4a.
---+Artikolu 21 4b.
---+Artikolu 21 5.
---+Artikolu 21 6.
---+Artikolu 21 7.

Artikolu 21 AETS

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 21 1.
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 25a, l-AETS għandha tiżgura li dan ir-Regolament jiġi applikat.
Artikolu 21 2.
F'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, l-AETS għandha toħroġ u taġġorna l-linji gwida dwar il-kooperazzjoni bejn l-AETS, l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet kompetenti settorjali għall-finijiet ta' dan ir-Regolament u għal dawk tal-leġiżlazzjoni settorjali rilevanti, inklużi l-proċeduri u l-kondizzjonijiet dettaljati relatati mad-delega tal-kompiti.
Artikolu 21 3.
B'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, l-AETS għandha, b'kooperazzjoni mal-ABE u mal-AEAPX, toħroġ u taġġorna linji gwida dwar l-applikazzjoni tas-sistema ta' approvazzjoni skont l-Artikolu 4(3) ta' dan ir-Regolament sas-7 ta’ Ġunju 2011.
Artikolu 21 4.

L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:

▼M1

(a) 

l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta minn aġenzija li tiggrada l-kreditu fl-applikazzjoni tagħha kif imniżżel fl-Anness II;

(b) 

informazzjoni li l-aġenzija li tiggrada l-kreditu għandha tipprovdi għall-applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni u għall-valutazzjoni tal-importanza sistemika tagħha għall-istabbiltà u l-integrità finanzjarja tas-swieq finanzjarji msemmija fl-Artikolu 5;

(c) 

il-preżentazzjoni tal-informazzjoni, inkluża l-istruttura, il-format, il-metodu u l-perijodu tar-rappurtar, li l-aġenziji li jiggradaw il-kreditu għandhom jiżvelaw skont l-Artikolu 11(2) u l-punt 1 tal-Parti II tat-Taqsima E tal-Anness I;

(d) 

il-valutazzjoni tal-konformità tal-metodoloġiji ta' gradazzjoni tal-kreditu mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 8(3);

▼M3

(e) 

il-kontenut u l-format tar-rappurtar perjodiku tad-dejta dwar il-gradazzjonijiet li jrid jintalab minn aġenziji li jiggradaw il-kreditu reġistrati u ċertifikati għall-iskop ta’ superviżjoni kontinwa mill-AETS.

▼M3

L-AETS għandha tressaq dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-21 ta’ Ġunju 2014.

Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 21 4a.

L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:

(a) 

il-kontenut u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni, inkluża l-istruttura, il-format, il-metodu u l-ħin tar-rappurtar li l-aġenziji li jiggradaw il-kreditu għandhom jiżvelaw lill-AETS skont l-Artikolu 11a (1); u

(b) 

il-kontenut u l-format tar-rappurtar perjodiku dwar it-tariffi ċċarġjati mill-aġenziji li jiggradaw il-kreditu għall-fini ta’ superviżjoni kontinwa mill-AETS.

L-AETS għandha tressaq l-abbozz ta’ dawk l-istandards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-21 ta’ Ġunju 2014.

Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 21 4b.

L-AETS għandha tirrapporta dwar il-possibbiltà li jiġi stabbilit mapping wieħed jew aktar tal-gradazzjonijiet tal-kreditu ippreżentati f’konformità mal-Artikolu 11a(1) u tippreżenta dan ir-rapport lill-Kummissjoni sal-21 ta’ Ġunju 2015. Dan ir-rapport għandu b’mod partikolari jivvaluta:

(a) 

il-possibbiltà, l-ispiża u l-benefiċċju tal-istabbiliment ta’ mapping wieħed jew aktar;

(b) 

kif jista’ jinħoloq mapping wieħed jew aktar mingħajr il-miżrappreżentazzjoni tal-gradazzjonijiet tal-kreditu fid-dawl tal-metodoloġiji differenti tal-gradazzjoni;

(c) 

kwalunkwe effetti li jista’ jkollhom il-mappings fuq l-istandards tekniċi regolatorji żviluppati s’issa fir-rigward tal-Artikolu 21(4a) u (b).

L-AETS għandha tikonsulta lill-ABE u lill-AEAPX fir-rigward tal-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu.

Artikolu 21 5.
L-AETS għandha tippubblika rapport annwali dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Dak ir-rapport għandu jkun fih, b’mod partikolari, valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-Anness I mill-aġenziji li jiggradaw il-kreditu rreġistrati skont dan ir-Regolament u valutazzjoni tal-applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ approvazzjoni msemmi fl-Artikolu 4(3).
Artikolu 21 6.
L-AETS għandha tippreżenta kull sena lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni rapport dwar miżuri superviżorji meħuda u penali imposti mill-AETS, inklużi multi u ħlasijiet perjodiċi ta' penali.
Artikolu 21 7.
L-AETS għandha tikkoopera mal-ABE u mal-AEAPX biex twettaq il-kompiti tagħha u għandha tikkonsulta lill-ABE u mal-AEAPX qabel toħroġ u taġġorna linji gwida u tippreżenta abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fil-paragrafi 2, 3 u 4.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009R1060
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.